Instab il-kadavru tal-Isqalli li kmieni s-Sibt filgħodu kien fuq l-iskuna li nqalbet bil-mewġ f’Marsaskala. Il-kadavru ittella’ mill-Forzi Armati fl-inħawi ta’ Pembroke u se jiddaħħal b’lanċa f’Xatt it-Tiben. Il-vittma huwa Luciano Sapienza minn Siracusa, li kien flimkien ma’ żewġ Sqallin oħra li fortunatament irnexxielhom jgħumu sax-xatt u ta’ Marokkin ta’ 29 sena li sfortunatament tilef ħajtu f’din it-traġedja.
Aktar qabel:

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ dalgħodu.

Il-Forzi Armati ta’ Malta mal-ewwel waslu fuq il-post hekk kif daħlilhom ir-rapport tal-inċident u bdew bl-operazzjoni ta’ salvataġġ tagħhom flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u timijiet mediċi li wkoll waslu fuq il-post biex jgħinu f’din l-operazzjoni.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa.
Rapporti oħra ppubblikati fil-midja Taljani qed jgħidu li l-iskuna ħalliet Sqallija nhar l-Erbgħa li għadda. Is-sindku ta’ Sirakuża Francesco Italia jinsab f’kuntatt mal-familjari li jinsabu f’pajjiżna, filwaqt li wera solidarjeta’ mal-familja milquta minn din it-traġedja.
//= $special ?>