Lokali

RITRATT: Biċ-ċilindru tal-gass fuq tal-linja

Ritratt li wasal għand Net News juri raġel iżomm ċilindru tal-gass, mimli, waqt vjaġġ ta’ karozza tal-linja.

Ir-regoli tal-Malta Public Transport huma ċari: “In the interests of passenger safety, combustible or otherwise hazardous objects or materials cannot be carried under any circumstances; these include unsealed heavy batteries and petrol.”

Persuni li tkellmu magħna spjegaw il-biża’ tagħhom matul dan il-vjaġġ. Qalulna li għalkemm ir-raġel eventwalment ma wettaq xejn, ħadd ma kien jaf x’seta’ kellu f’moħħu.

Innutaw li anke jekk l-intenzjonijiet tal-passiġġier ma kinux ħżiena, Alla ħares seħħ xi inċident jew imqar seħħ impatt b’tal-linja.

Tant hu hekk li, fuq ordni tax-xufier, il-passiġġier deher iżomm iċ-ċilindru għat-tul tal-vjaġġ kollu fost il-biża’ li għal xi raġuni dan jirrombla.