Lokali

LUTTU F’ĦAL SAFI: Missier żagħżugħ imut f’ħabta head-on

Raġel ta' 31 sena jitlef ħajtu traġikament

Jismu Christen Cachia iż-żagħżugħ ta’ 31 sena li tilef ħajtu traġikament meta kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ ftit wara nofs il-lejl. Il-vittma kien qed isuq taxi tat-tip Peugeot 207 li ħabtet head-on ma’ vann tat-tip Peugeot Expert traveller misjuqa minn raġel ta’ 59 sena miż-Żejtun – miegħu kellu erba’ persuni Skoċċiżi li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u l-24. sena.

Il-vittma hu persuna involut sew fil-festa ta’ Ħal Safi. Fil-fatt, kienu għexieren dawk illi fuq il-media soċjali esprimew xokk għal din l-aħbar, u li r-raħal tagħhom tilef wieħed minn dawk il-persuni tassew dilettant tal-festa, partikolarment fejn tidħol il-piroteknika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.