Is-saga taċ-ċkejkna Madeleine McCann tkompli. Dan hekk kif rapporti fil-media Portugiża qed jgħidu li l-pulizija għandhom suspett li pedofilu barrani huwa nvolut fil-każ tal-għibien tagħha.
Il-pulizija żiedu l-isforzi tagħhom wara li identifikaw suspettat ġdid fil-ħtif tat-tifla.
Hu mifhum li kienet Scotland Yard li għaddiet informazzjoni dwar is-suspettat il-ġdid lill-pulizija Portugiża. Jidher li l-persuna suspettata kien diġa ġie nvestigat dwar allegati abbużi fuq tfal qabel l-għibien ta’ Madeleine f’Algarve 12-il sena ilu.
Hu mifhum li wara din l-informazzjoni l-ġdida, żdiedu n-numru ta’ detectives li qed isegwu l-każ u li anke Scotland Yard għamlet talba lill Ministeru tal-Intern sabiex jirduppjawlhom il-fondi. Dan sabiex ikunu jistgħu jiqbgħu isegwu l-każ mill-qrib.
//= $special ?>