Sport Sport Ieħor

Ami Toon’s jispikka fil-finali tat-Tazza Krafft tal-klassi Silver

(Ritratt: Trevor Sollars)

Rapport: Kenneth Vella

It-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet il-finali tat-tazza Krafft għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din intrebħet minn Ami Toon’s u għamlet parti mill-21 laqgħa tas-sena fuq ħdax-il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott. Rodney Gatt temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet.

Ħdax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Krafft. Kien fil-fatt Ami Toon’s (Dylan Gatt) l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Ibiri (Mario Falzon) u Duc d’Haufor (Redent Magro). Ami Toon’s baqa’ jżomm l-ewwel post sal-linja finali u ħa r-raba’ rebħa tas-sena wara li xejjen l-isfida tal-favorit Capac Boko (Clint Vassallo). Hallas Judex (Charles Magro) u Wellington (Nathaniel Barbara) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Fi tmiem il-finali, Shawn Pete Azzopardi, f’isem l-isponsors, ippremja lil Dylan Gatt, is-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza ta’ Edwin Borg, chairman tal-Malta Racing Club.

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza twila ferm ta’ 3140m. Hawnhekk Michael Ellul poġġa lill-Franċiż Amour Du Loup quddiem dawra mit-tmiem u matul l-aħħar elf metru dan kabbar il-vantaġġ tiegħu għal madwar ħmistax-il tul. B’hekk qasam il-linja finali bla tbatija minn Navaj Brodda (Charles Camilleri) u d-debuttant Franċiż Amigo Turgot (Salvu Vella). Until Oaks (Owen Borg) daħal fir-raba’ pożizzjoni. Għal Amour Du Loup din kienet l-ewwel rebħa tas-sena. Attakk mibdi dawra mit-tmiem wassal lill-Franċiż Angelus Du Pont (Redent Magro) biex jieħu t-tieni rebħa staġjonali fl-uniku tiġrija tal-klassi Gold. Dan bi ftit minn Ripsos De Fa (Ivan Bilocca) u Jim Sanna (Noel Baldacchino). Angelus Del Phedo (Omar Cauchi) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Okilebo De Bremont (P. Galea) Ħin – 4.15.2” (1.21.3”) 2. Dakota Atout (M. Mifsud) 3. Voila Dry (I. Bilocca) 4. Volga De Tortuga (R. Gatt)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Trazom (W. Cutajar) Ħin – 4.15” (1.21.2”) 2. Dreamed Victory (J. Zahra) 3. Talion Prior (J. Gafà) 4. Urgande Nay (Ch. Cassar)

III Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Valentino Du Sec (R. Magro) Ħin – 4.04.9” (1.18”) 2. Vic For Ever (K. Sciberras) 3. Frans G (R. Gatt) 4. Bahia De Bougy (P. Galea)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Valberg Snob (M. Spiteri) Ħin – 4.09.3” (1.19.4”) 2. Lady Jane (R. Gatt) 3. Urgo d’Ouxy (J. Said) 4. Born To Gis (C. Agius)

V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Titan De Tincques (R. Gatt) Ħin – 4.09.4” (1.19.4”) 2. Peanut Butter (N. Barbara) 3. Sabacan Savage (Sh. Portelli) 4. Triton Sisa (T. Demanuele)

VI Tigrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Vaillant Marceaux (R. Gatt) Ħin – 4.15.2” (1.21.3”) 2. Too Cool To Care (C. Camilleri) 3. Valman De Joflo (J. Magro) 4. Astro La Bourgee (F. Mallia)

VII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Angelus Du Pont (R. Magro) Ħin – 4.06.7” (1.18.6”) 2. Ripsos De Fa (I. Bilocca) 3. Jim Sanna (N. Baldacchino) 4. Angelus Del Phedo (O. Cauchi)

VIII Tiġrija Finali Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ami Toon’s (D. Gatt) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Capac Boko (C. Vassallo) 3. Hallas Judex (C. Magro) 4. Wellington (N. Barbara)

IX Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Runway (R. Gatt) Ħin – 4.11.9” (1.20.2”) 2. Adamantin Louki (S. Galea) 3. Bone Machine (F. Tanti) 4. Julle Juvel (M. Bonnici)

X Tiġrija Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Amour Du Loup (M. Ellul) Ħin – 4.02” (1.17.1”) 2. Navaj Brodda (C. Camilleri) 3. Amigo Turgot (S. Vella) 4. Until Oaks (O. Borg)

XI-il Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Cesar De Tillard (C. Caruana) Ħin – 4.11” (1.19.9”) 2. Qurieux Du Ponchet (D. Baldacchino) 3. Voici Le Bomo (C. Debono) 4. Oxygen Bi (I. Galea)