Futbol Sport

Zach Mizzi ikessaħ lil San Ġiljan b’gowl lejn it-tmiem

(Ritratt: Trevor Sollars)

SAN ĠILJAN TUM INVEST….. 10 SLIEMA FRANK SALT……. 11

(3-4), (3-2), (1-3), (2-3)

Gowl fl-aħħar azzjoni tagħhom tat rebħa ta’ 11-10 lil Sliema Frank Salt fuq San Ġiljan TUM Invest biex temmet it-tama tal-Ġiljaniżi li jirbħu l-kampjonat tax-xitwa għar-raba’ sena konsekuttiva. Partita bilanċjata li fiha Sliema kienu l-aktar tim konċentrat u ħasdu lill-avversarji mill-bidu tant li għal ħafna ħin San Ġiljan spiċċaw jiġru wara l-logħba. Sliema kellhom lill-kowċ Sergio Afric sospiż, b’Francesco Cutajar imexxi lit-tim.

Sliema kienu kapaċi jirreaġixxu fl-ewwel sessjoni meta skorjaw mill-ewwel wara li Matthew Zammit kien poġġa lil San Ġiljan darbtejn minn fuq. Huma saħansitra marru minn fuq bit-tieni gowl konsekuttiv ta’ Jacob Sciberras u wara li Zammit skorja t-tielet gowl personali, Gabarretta reġa’ tefa’ lil Sliema minn fuq wara li ġie wiċċ imb wiċċ ma’ Tanti. Ġmiel ta’ gowl ta’ Zach Mizzi u t-tielet gowl ta’ Jacob Sciberras taw vantaġġ tripplu lis-Slimiżi li kienu aktar preċiżi u attenti mill-avversarji. Iżda San Ġiljan kellhom ħsibijiet oħra hekk kif sal-mistrieħ irkupraw it-tliet gowls distakk minn Dino Zammit, Tristan Said u Matthew Zammit.

Paul Fava poġġa lit-tim ta’ Orlovic minn fuq fil-bidu tat-tielet sessjoni iżda għal darba oħra Sliema kkonfermaw il-prestazzjoni tagħhom u dawru r-riżultat għal 9-7 favur tagħhom, anki jekk Jake Tanti salva penalty ta’ James Spiteri Staines. Is-Slimiżi kienu qed jikkontrollaw l-aħħar sessjoni iżda fi ftit ħin, Andreas Galea rkupra l-iżvantaġġ doppju u fetaħ il-konfront beraħ. Nicholas Bugelli poġġa lil Sliema minn fuq f’sitwazzjoni ta’ raġel aktar sakemm Ben Plumpton ġab id-draw b’konklużjoni li ħabtet mal-lasta qabel daħlet fix-xibka biex kien assigurat tmiem eċċitanti. Kellu jkun xutt preċiż mid-distanza ta’ Zach Mizzi 3.8 sekondi mit-tmiem li ħasad lil San Ġiljan u poġġa lil Sliema fil-finali.

San Ġiljan: J. Tanti, A. Saliba, A. Galea (2), B. Grech, K. Dowling, M. Zammit (4), B. Plumpton (1), C. Farrugia, T. Said (1), Da. Zammit, P. Fava (1), Di. Zammit (1), T. Micallef

Sliema: J. Sammut, J. Gabarretta (2), L. Galea (1), J. Sciberras (3), M. Meli, B. Cachia (1), M. Spiteri Staines, D. Rizzo, J. Pace Mizzi, M. Muscat, Z. Mizzi (2), N. Bugelli (2), M. Vassallo, J. Valletta, J. Cassar

Referees: Mario Dalli, Ronnie Spiteri

NEPTUNES LEO VEGAS……. 14 VALLETTA VIDEOSLOTS…….. 2

(4-0), (6-0), (2-0), (3-2)

Neptunes Leo Vegas ma sabux diffikultà biex għelbu lil Valletta Videoslots 14-2. Neptunes iddominaw il-logħba mill-bidu sal-aħħar u kien biss fit-tieni parti meta huma naqqsu mir-ritmu tagħhom, li Valletta rnexxielhom isibu x-xibka. Partita kwieta għall-gowlkiper ta’ Neptunes Alan Borg Cole li ftit kellu xuttijiet xi jsalva tul il-logħba. Iż-żgħażagħ fit-tim ta’ Jovan Popovic komplew juru l-kwalità tagħhom u qed joqorbu lejn konferma li bit-titjib tagħhom u biż-żieda tal-aħwa Camilleri, Neptunes se jkunu favoriti fil-kampjonat tas-sajf.

Jeremy Abela fetaħ l-iskor b’gowl tajjeb mis-centre u wara li Matthias Azzopardi rdoppja, Abela reġa’ kabbar l-iskor bi ġmiel ta’ backhand, biex Gabriel Pace għamilhom 4-0 minn man-up. Fit-tieni sessjoni, kienet mistennija reazzjoni ta’ Valletta li ma waslet qatt u b’doppjetta ta’ Niki Lanzon fl-ewwel parti tas-sessjoni, il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa. Dan il-fatt ma naqqasx mill-prestazzjoni ta’ Neptunes li komplew iżidu l-vantaġġ b’kumdità.

It-tielet u r-raba’ sessjoni kienu formalità hekk kif mistenni, Popovic ta aktar spazju lill-iskwadra kollha li madankollu xorta żammet il-kontroll tal-logħba. L-unika konsolazzjoni għal Valletta hi fl-aħħar sessjoni rnexxielhom isibu x-xibka darbtejn minn Andrea Agius u Andrea Bianchi.

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), K. Erdogan (1), G. Pace (1), V. Ragone, J. Farrugia, J. Muscat (1), S. Busuttil, J. Abela (6), N. Zammit, S. Stellini, M. Azzopardi (2), B. Busuttil, S. Gialanze, M. Farrugia (1)

Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines, A. Agius (1), P. Borg, C. Zammit, R. Mock, D. Paolella, M. Mifsud, N. Farrugia, M. Zammit, L. Gialanze, R. Bonnici, A. Bianchi (1)

Referees: Peter Balzan, Neville Mercieca

Finali bejn Birżebbuġa u Marsaskala fl-Ewwel Diviżjoni

Birżebbuġa Freeport se jikkontestaw il-finali wara li eliminaw lil Marsaxlokk Brown’s Pharmacy 7-6 f’logħba bilanċjata li ħolqot tensjoni lejn it-tmiem. Id-differenza bejn it-tnejn spiċċat biex kienet il-vantaġġ doppju miksub minn Birżebbuġa fl-ewwel sessjoni.

Michael Rizzo beda r-rimonta ta’ Marsaxlokk b’gowl lejn tmiem l-ewwel sessjoni u saħansitra dawru r-riżultat fit-tieni sessjoni sakemm David Pace Lupi għamilhom 3-3 nofs minuta qabel il-ħin tal-mistrieħ.

Il-logħba baqgħet bilanċjata b’Marsaxlokk darbtejn wara l-gowls ta’ Birżebbuġa biex sal-ewwel parti tal-aħħar sessjoni l-iskor kien 5-5. Kienu żewġ gowls fi ftit sekondi ta’ Mikhael Cutajar u David Pace Lupi li taw żewġ gowls vantaġġ lit-tim ta’ Pierre Borg. Michael Rizzo ħalla lix-Xlukkajri jittamaw b’gowls minuta u nofs mit-tmiem iżda minkejja li anki kellhom man-up fl-aħħar ftit sekondi, naqsu li jsibu l-gowl tad-draw.

L-avversarji ta’ Birżebbuġa fil-finali huma Marsaskala Fish and Fish wara li tħabtu biex għelbu lil Otters Nivea 6-2. Kien biss fl-aħħar sessjoni li Marsaskala ħadu l-kontroll hekk kif sa tmiem it-tielet sessjoni huma kellhom biss vantaġġ ta’ 2-1, b’Otters joffru sfida dixxiplinata iżda l-kwalità tal-avversarji għamlet ħaqq magħhom.

Wara li fl-ewwel sessjoni ħadd ma sab ix-xibka, Jan Culic poġġa lil Marsaskala minn fuq, bis-centre Claudio Spiteri Debarro jġib id-draw. B’gowl ta’ Luca Felice fit-tielet sessjoni, Marsaskala reġgħu marru fil-vantaġġ biex fl-aħħar sessjoni fetħu l-vantaġġ meħtieġ biex għalqu l-logħba, b’erba’ gowls konsekuttivi, b’Aleandro Mifsud inaqqas id-distakk għal Otters.

L-EWWEL DIVIŻJONI

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 7 MARSAXLOKK BROWN’S………. 6

(2-1), (1-2), (2-1), (2-2)

Birżebbuġa: D. Spiteri, Z. Farrugia Seychell, N. Cassar (2), D. Pace Lupi (4), C. Mifsud, R. Spiteri, S. Vassallo, D. Cutajar, J. Bajada, M. Cutajar (1), M. Borg, L. Borg, J. Cremona, A. Bugeja

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, L. Calleja (1), M. Martellacci, T. Agius, L. Saliba, J. Galea, M. Pace, S. Micallef (1), R. Scerri (1), M. Cacici (1), O. Zammit, F. Buhagiar, M. Rizzo (2)

Referees: Ronnie Spiteri, Peter Balzan

M’SKALA FISH AND FISH……… 6 OTTERS NIVEA………….. 2

(0-0), (1-1), (1-0), (4-1)

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli (1), M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro (1), L. Felice (1), J. Buhagiar (1), J. Culic (1), R. Attard, D. Borg Millo, M. Borg

Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), L. Falzon, L. Hyzler, E. Meli, D. Dimech, K. Scicluna, G. Mizzi, A. Mifsud (1), C. Teuma, J. Bonavia, G. Sammut, D. Camilleri

Referees: Mario Dalli, Richard Magri