Mir-Rabat Għawdex, għal Birżebbuga – applikazzjoni oħra għal fuel station li qed tiġi ppreżentata taħt il-policy kontroversjali attwali ghall-Pompi tal-Petrol.
L-applikazzjoni hi ghal 3,000 metru kwadru fuq art agrikola f’Birżebbuġa, kompluta b’ħanut. Dan is-sit jinsab fi Triq Ħal Far, f’zona ODZ.
L-istess sit kien suġġett għal applikazzjoni oħra ta’ pompa tal-petrol li ġiet ippreżentata lura fl-2016 però jidher li din it-talba kienet irtirata.
Din l-applikazzjoni ghal pompa tal-petrol qed issir minkejja għadd ta’ protesti dwar din il-policy, u filwaqt li giet imnedija policy ġdida li effettivament se tannulla dik attwali.
Ir-riforma tal-policy ghall-Pompi tal-Petrol kif proposta riċentanment tindika li l-Awtorità tal-Ippjanar tista’ wkoll tikkunsidra siti ODZ li diġà għandhom permess u mhumiex relatati mal-agrikoltura jew trobbija tal-annimali.
Dawn is-siti se jiġu kkunsidrati biss jekk jinkiseb benefiċċju ambjentali usa ….u l-iżvilupp ikun kompatibbli mal-qafas taż-żona. Din il-policy għadha ma ġietx implimentata u bħalissa ghadha fi process bikri ta’ konsultazzjoni.

