Lokali Parlament

Adrian Delia jitlob lill-Ispeaker jikkonferma li hu wieġeb f’kollox dwar l-assi tiegħu

Fil-ħin tal-aġġornament fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, biex jikkonferma billi jagħmel l-investigazzjoni neċessarja biex jivverifika l-fatt li hu kien wieġeb għal kull domanda li saritlu u pprovda l-informazzjoni mitluba fid-dikjarazzjoni tal-assi.

Delia qal dan wara li kien qed jirreaġixxi għall-artiklu ippublikat f’ġurnal lokali fejn ingħad li hu naqas milli jiddikjara l-kontijiet bankarji tiegħu kemm kurrenti kif ukoll savings minkejja li għandu loan ta’ €670,000. xi ħaġa li Delia dejjem ipprova u ta l-informazzjoni kollha meħtieġ.

Il-gazzetta The Times of Malta kkwotat lill-kelliem tal-Kap tal-PN jgħid li Adrian Delia qatt ma qal li m’għandux kontijiet bankarji iżda sempliċiment ma kienux rikjesti mill-formola tad-dikjarazzjoni tal-assi, xi ħaġa li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jikkontesta. Fid-dawl ta’ dan kollu, Delia għamel l-imsemmija talba, bl-Ispeaker jgħid li kien qed jilqa’ t-talba tiegħu u se jinvestiga.