L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista se jaraw li pajjiżna ma jibqax jaqa’ lura sabiex kulħadd jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar.
Sostna dan il-Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Michael Mercicea waqt dibattitu ma’ numru ta’ kandidati għal dawn l-elezzjonijiet. Huwa qal li jekk wieħed iħares ftit lejn l-istorja ta’ pajjina, il-PN dejjem kellu s-settur tal-ambjet għal qalbu. Mercieca sostna li mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-PN beda mal-ewwel juża l-fondi tal-EU biex itejjeb l-ambjent. Iżda mill-2013 ‘l hawn pajjiżna beda jaqa’ lura f’kull kamp tal-ambjent. Dan għaliex hemm nuqqas ta’ pjanar serju f’dan is-settur min-naħa tal-Gvern Soċjalista.
Michael Mercieca sostna li l-Gvern għandu fissazzjoni li jġib ħafna barranin u dan qed ikollu effett fuq l-iskart u t-transport. Dawn il-barranin qed jitħallsu rata baxxa tant li hemm min qed jitħallas bir-rata miżera ta’ ewro fis-siegħa. Ħafna minn dawn il-ħaddiema għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena u mingħajr sigurtà u dan ukoll jaffettwa l-ambjent ta’ madwarna – li jkollhom ambjent xieraq fuq il-post tax-xogħol tagħhom.
L-importanti għall-Gvern hu li jżid il-popolazzjoni mingħajr pjan serju, tant li Malta ħadet it-titlu ta’ Dirty man of Euroe. Huwa saħaq li pajjiżna huwa żgħir… iktar ma nżidu l-popolazzjoni bla pjan iktar se nżidu l-problemi. Il-PN mhux kontra l-barranin.. imma kollox irid isir bi pjan.
Michael Mercicea qal li din iż-żieda fil-popolazzjoni għandha riperkusjonijiet fuq pajjiżna. Eżempji ċari ta’ dawn huma l-ħruġ fl-impjant ta’ Wied il-Għajn kif ukoll l-iżbroff fid-drenaġġ f’Għawdex għax mhux ilaħħqu mad-domanda.
Huwa tkellem ukoll dwar il-proposta tal-mina bejn Malta u Għawdex u l-importanza li din issir bi pjan serju.
Mercieca semma diversi fondi tal-EU li mhux qed jintużaw mill-Gvern Soċjalista u allura qed jispiċċaw jintilfu. Il-power station tneħħiet grazzi għall-fondi tal-EU fejn il-PN għamel l-interconnector u b’hekk din setgħet titneħħa. F’Malta llum il-ġurnata hemm tniġġis tal-arja kbir minħabba l-ammont kbir ta’ traffiku. Dan apparti l-fatt li hemm nuqqas ta’ siġar fit-toroq.
Huwa qal li vot għall-Partit Laburista se jkun qed ifisser vot għal Timmermans – vot biex Malta jkollha l-istess taxxa bħal pajjiżi Ewropej.
Il-Gvern Soċjalita jeċċella biex jagħmel il-wegħdiet tiegħu li mbaghad ma jsirux fosthom wegħda tal-akbar park nazzjonali li sissa għandna ma smajns xejn iktar fuqu, wegħdiet dwar il-housing – sal-lum għad m’għandnix unit wieħed f’sitt snin.
Huwa temm jgħid li l-elettoral irid jara liema huma l- kandidati l-iktar li jemmnu fl-EU, li huma l-kandidati kollha tal-PN.
//= $special ?>