Madwar 280 persuna, ċittadini Maltin li jgħixu fil-Lussemburgu, ġew injorati mill-Gvern Soċjalista hekk kif ma saru l-ebda arranġamenti għalihom biex jiġu jivvutaw f’pajjiżna.
Dan hekk kif l-arranġamenti li saru mill-Gvern għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta u jixtiequ jivvutaw, japplikaw biss għal titjiriet regolari u skedat li topera l-Air Malta. Madankollu, il-Lussemburgu ma jaqax taħt din il-kategorija.
Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Peter Agius, ilu sa minn Dinċembru li għadda li staqsa lill-Gvern dwar jekk hux se jiġu offruti titjiriet bi prezz irħas għall-Maltin tal-Lussemburgu.
Madankollu, ittra lill-Ministru Konrad Mizzi baqgħet mhux imwieġba. Injorati wkoll talbiet simili għall-informazzjoni, mibgħuta lill-Ministeru tat-Turiżmu permezz ta’ email.
Il-Gvern Soċjalista ta’ Joseph Muscat, kemm qabel l-elezzjoni tal-2013 u anke qabel dik tal-2017, kien wiegħed li l-Maltin jibdew jivvutaw fl-ambaxxati rispettivi. Madankollu anke din il-wegħda għadha biss ħolma li qatt ma daħlet fis-seħħ.
Sadattant, minn nhar il-Gimgha l-voti ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew jistghu jibdew jingabru mill-ghases tal-Pulizija – filwaqt li fejn ma hemmx ghasses, dawn jingabru mill-Kunsilli Lokali.
Dan il-process jibqa’ ghaddej sal-Hadd 19 ta’ Mejju.
Biex wiehed jigbor id-dokument tal-vot mill-ghassa ghandu jiehu mieghu l-karta tal-indentita’. Il-voti jingabru b’mod individwali minn kull persuna, u hadd ma jista jigbor tal-familja jew ta’ xi individwu iehor.
//= $special ?>
