Il-Kumpless tan-Nar ta’ San Filep Ħaż-Żebbuġ jirbaħ it-13-il edizzjoni tal-Festival tan-Nar tal-Art li jsir ta’ kull sena fi Pjazza San Publju fil-Floriana.
F’dan il-festival kompettitiv ħadu sehem 8 kumplessi tan-Nar li esebew l-aħjar żewġ biċċiet tan-Nar tagħhom.
Il-Kategorija għall-aħjar mekkaniżmu, għall-aħjar prodotti u għall-oriġinalità fid-disinji u movimenti intrebħu wkoll mill-istess kamra tan-Nar.
Il-ġurija kienet magħmula minn pirotekniċi internazzjonali mir-Renju Unit, mill-Awstrija, iċ-Ċina u it-Tajwan u d-Danimarka, filwaqt li ċ-Chairman kien is-Sur Joe Theuma.
Il-ġurija evalwat ix-xogħlijiet tan-nar waqt l-armar, waqt il-ħruq u anki permezz ta’ filmati.
Ir-riżultati tħabbru fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali Floriana fil-preżenza ta’ rappreżentanti tal-Għaqdiet kollha parteċipanti.