Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa ħalla ħerba b’detriment għar-residenti

Ħidma ta’ kafkaf u telqa kbira f’Birżebbuġa. Kunsill Laburista li mhux jagħti kas lin-nies li joqgħodu f’dan ir-raħal.

Hekk stqarrew numru ta’ residenti u sidien ta’ ħwienet li t-Tnejn filgħodu laqgħu f’Birżebbuġa lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Diversi sidien ta’ ħwienet tkelmu ma’ Adrian Delia dwar bosta diffikultajiet. Uħud minnhom saħansitra jkollhom ħsarat li facilment jistgħu jiġu evitati bi ftit attenzjoni mill-Kunsill Lokali.

Sitwazzjoni oħra f’din il-lokalità li qed tinkwieta lir-residenti hija dik tal-kriminalità li iktar ma jmur iktar qed tiżdied.

Adrian Delia tkellem dwar l-importanza tal-vot fil-25 ta’ Mejju li gej.

Preżenti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ukoll il-President tal-Kunsill Generali tal-PN Kristy Debono kif ukoll il-kandidati għall-elezzjoni tal-kunsill lokali ta’ Birzebbuġa.

Ritratti: Matthew Tabone