Internazzjonali

Il-Panama teleġġi President ġdid fost tħassib dwar il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

Laurentino Cortizo rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali fil-Panama meta kiseb 33 fil-mija tal-voti.

Cortizo kiseb l-akbar appoġġ tal-elettorat wara li wiegħed li jnaddaf isem il-Panama mill-akkużi ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni.

Il-President il-ġdid se jkun qed jieħu post Juan Carlos Varela li se jibqa’ sinonimu mal-kriżi fil-qasam tal-ġudikaturi u l-kwistjonijiet serji marbuta mal-korruzzjoni, partikolarment meta faqqa l-iskandlu tal-Panama Papers.