Lokali

FILMAT: Karozza tal-linja tieħu n-nar fiċ-Ċirkewwa

Karozza tal-linja ħadet in-nar fiċ-Ċirkewwa kmieni dalgħodu, iżda fortunatament ma weġġa’ ħadd.

Kelliema għall-Pulizija infurmaw lil Net News li għall-ħabra tal-5.30am, kien hemm karozza tal-linja tal-Malta Public Transport li ħadet in-nar fil-Marshalling Area qrib it-terminal tal-vapur għal Għawdex. Ġol-karozza kien hemm biss ix-xufier, li ma ndarabx.

Fuq il-post marru minnufih uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jitfu n-nar u jneħħu l-periklu.

S’issa mhux magħruf x’ikkawża n-nirien.