Il-Ministru Edward Scicluna mhux talli jiddefendi lil Frans Timmermans fil-kandidatura tiegħu għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea, anzi …jiddikjara li hu l-aqwa għażla possibbli.
Dan meta Timmermans, li hu Soċjalist, kemm-il darba jintagħżel bħala President tal-Kummissjoni Ewropea, se jkun qed iwettaq il-programm tas-Soċjalisti Ewropej li fost oħrajn jinkludi l-abort u sistemà ta’ tassazzjoni ugwali għall-pajjiżi kollha Ewropej.
“Timmermans naħseb huwa bniedem kapaċissimu u għamlu l-aħjar għala, il-Grupp Soċjalista, fih,” qal Edward Scicluna.
Kif jammetti l-Minsitru Scicluna stess, it-twemmin ta’ Timmermans jirrifletti dak li jrid il-Partit Soċjalista Ewropew.
“Il-views tiegħu, ikunu qed jirriflettu tal-grupp politiku li jkun fih,” stqarr Scicluna.
Fl-istess waqt, Edward Scicluna jammetti li ma jistax iżomm lis-Soċjalisti milli jipproponu sensiela ta’ ideat li jagħmlu ħsara lil Malta.
“Jien ma nistax inżommhom li ma joħolmux bl-FTT, id-Digital Tax u bil-harmonisation,” saħaq Edward Scicluna.
Jiddikjara wkoll li l-ideat tas-Soċjalisti Ewropej mhux ġodda – anzi, ilhom sa minn mindu l-istess Scicluna kien membru fil-Parlament Ewropew … kariga li ħalla sitt snin ilu.
“Dan il-programm, ifhem ftit, Malta, ilha tafu mindu jien kontra membru parlamentari,” spiċċa jgħid Edward Scicluna.