Lokali Mużika

Michela tibda l-avventura tagħha f’Tel Aviv

Dalgħodu Michela Pace ħalliet Malta b’titjira lejn Iżrael sabiex il-ġimgħa d-dieħla tieħu sehem fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Tel Aviv.

Michela bil-kanzunetta Chameleon se tieħu sehem fit-tieni semi-finali li se ssir nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju. Hi se tkun qed tkanta fil-11-il post.

Jekk Michela tgħaddi mis-semi finali, hi terġa’ tkanta fiil-finali tas-Sibt 18 ta’ Mejju.