Taħt Gvern Soċjalista, l-ammont ta’ persuni li qed jistennew post tal-housing tela’ minn 2,300 għal iktar minn 3,100 … żieda ta’ iktar minn tmien mitt persuna.
Ikkonferma dan is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-housing, Roderick Galdes, meta mistoqsi mill-ġurnalisti.
Hu kien qed jirrispondi għall-mistoqsijiet fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet li matulha kkonferma li s’issa ma tlesta l-ebda post ta’ akkomodazzjoni soċjali mill-Gvern Soċjalista. Saħansitra ddikjara li hemm postijiet tal-Gvern li waqgħu lura sew fix-xogħol.
Iffaċċjat mill-kritika li s’issa għadu ma tlestiex post wieħed ta’ akkomodazzjoni soċjali minn Gvern Soċjalista, Roderick Galdes kien sfurzat jiġġustifika billi qal li x-xogħol ma jitlestiex mil-lum għall-għada … dan minkejja li l-Gvern issa ilu 6 snin fil-poter – sitt snin li fihom zdiedu dawk li jorqdu barra jew fil-karozzi, u familji shah li m’ghandhomx ghazla hlief li jorqdu f’garaxxijiet jew f’appartamenti iffullati.