Kellhom jghaddu erbat ijiem biex il-mexxej Laburista Joseph Muscat induna li għamel żball meta qal li jrid iġib il-barranin lejn Malta bl-eluf biex dawn jagħmlu xogħol ta’ tbatija fix-xemx.
Dikjarazzjoni li għamel nhar il-Ħamis li għadda, waqt id-dibattitu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fil-programm Xtra.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ Muscat…li saru fil-pressjoni li kellu fuqu fl-ewwel dibattitu ma’ Adrian Delia… weġġgħu lil eluf ta’ ħaddiema Maltin li jaħdmu fil-barrieri, xufiera, delivery persons, kahhala u min inaddaf – kollu xogħol imprezzabbli.
Iżda kellha tibda gimgha gdida biex Muscat jinduna li offenda lil dawn il-ħaddiema Maltin bi kliemu … u b’hekk spiċċa jitlob skuża wara d-dibattitu ma’ Adrian Delia, fejn spiss deher dahru mal-ħajt u taħt pressjoni.
Minkejja dan, hu m’ammettiex minn jeddu li żbalja, iżda kellu jitlob skuża biss wara li kien mistoqsi mill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja. Tant hu hekk li m’għamel l-ebda dikjarazzjoni dwar dan fl-attività politika tal-Ħadd fl-Isla.
Il-U-turn ta’ Joseph Muscat hi biss l-aħħar minn sensiela li jibqa’ imfakkar ghalihom…u hi konferma kemm spicca dahru mal-hajt fid-dibattitu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, u żbalja ghaliex kien taħt pressjoni.
U-turn li wasslet meta il-gimgha li ghaddiet prova jwahhal din it-tabella fuq haddiehor…
U minkejja is-suppost “apologija” fuq il-haddiema li jahdmu fix-xemx, Joseph Muscat għadu sal-lum ma talab l-ebda skuża dwar numru ta’ u turns oħra li għamel… fost oħrajn meta ħeġġeġ lill-Maltin biex ma jivvutaw favur l-Unjoni Ewropea, dwar il-Kunsilli Lokali, u anke dwar l-Ewro…filwaqt li ma kkundannax lanqas kliem Alfred Sant, li appella għal politika vjolenti ta’ għajn b’għajn u sinna b’sinna fil-konfront tad-deputati Nazzjonalisti.