Il-Maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp mistenni jagħti lil Rhian Brewster id-debutt tiegħu kontra Barcelona fil-partita taċ-Champions League kontra Barcelona, f’Anfiled it-Tlieta filgħaxija.
Ir-“Reds” għandhom diversi problemi ta’ plejers imweġġa’ hekk kif Roberto Firmino u Mohamed Salah mhux mistennija jirkupraw u qed jiġi raportat minn Anfield, li Brewster huwa mistenni li jibda l-partita.
Brewster kien fl-iskwadra fil-partita kontra Newcastle United nhar is-Sibt, iżda ma lagħabx, madankollu kollox jista’ jinbidel għal partita konta c-Champions Spanjoli. It-tim ta’ Klopp irid jirkupra żvantaġġ ta’ 3-0, u Liverppol qed ifittxu li jdawwru r-riżultat, anke jekk ftit qed jingħataw ċans li jagħmlu dan minn ħafna.
Liverpool iridu jagħmlu waħda mill-akbar rimonti fl-istorja taċ-Champions League, speċjalment f’dan li stadju u kontra l-qawwa ta’ Barcelona, biex jagħmluha għal finali ta’ Madrid, imma ir-“Reds” u l-attitudni tat-tims Ingliżi tista’ tagħmel l-impossibbli jsir possibbli.
Brewster ta’ 19-il sena għandu futur sabiħ quddiemu, plejer li rebaħ iż-żarbun tad-deheb sentejn fit-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena. Madankollu hu wkoll għadda mill-isfortuna li weġġa’ u dam ħafna barra.
Huwa ilu jistenna mhux ħażin biex jingħata ċ-ċans biex jiddebutta mal-kbar, iżda Klopp ikkonferma li l-attakkant se jkun involut aktar fl-istaġun 2019/2020, meta tkellem waqt il-konferenza għall-istampa qabel il-partita ta’ kontra Barcelona.
Xherdan Shaqiri u Divock Origi jistgħu wkoll jiġu nklużi f’xi ħin tal-partita, qal Klopp, li jrid li jara min se jieħu post Firmino u Salah fil-formazzjoni. Daniel Sturridge lagħab kontra Newcastle iżda Gini Wijnaldum lagħab quddiem, u nteressanti wieħed jara jekk dan l-esperiment huwiex se jkompli.
//= $special ?>