Lokali

“Bżonn li jissaħħu l-pensjonijiet” – Għaqda Nazzjonali Pensjonanti

L-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti ħarġet manifest elettorali għall-attenzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej prospettivi li qed jikkontestaw l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju.

Il-proposti huma pjattaforma komuni tal-AGE Platform Europe, federazzjoni ta’ aġenziji nazzjonali li jirrappreżentaw l-anzjani u l-pensjonanti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

F’dan il-manifest, l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti qed tħeġġeġ biex tittieħed azzjoni dwar dawn il-punti ewlenin.

  • Li jissaħħu d-drittijiet tal-persuni anzjani billi tkun miġġielda d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-eta’.
  • Jiġi assigurat li jinħolqu swieq inklussivi fid-dinja tax-xogħol.
  • Jiġi assigurat dħul adegwat minn pensjonijiet u kumpens ieħor marbut mal-anzjanita’, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.
  • Jitħares id-dritt li persuna tgħix u tixjieħ b’dinjita’ permezz ta’ servizzi tas-saħħa u ta’ kura fit-tul li jkunu aċċessibbli għal kulħadd.
  • Tiġi assigurata ħajja sana u jiġu promossi l-benesseri f’kull eta’.
  • Aċċess universali għall-provvisti u servizi li jkunu jinkludu lill-anzjani f’soċjeta’ li qed issir diġitalizzata.
  • Tingħata setgħa liċ-ċittadini anzjani li jissieħbu fil-ħajja soċjali u demokratika.

L-Għaqda qed tħeġġeġ lill-kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew biex jinsistu mal-Unjoni Ewropea biex tappoġġja l-iStati Membri fit-tfassli ta’ strateġiji nazzjonali dwar l-anzjanita’ billi jinvolvu b’mod attiv lil persuni anzjani u lill-għaqdiet tagħhom