Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qala’ daqqa ta’ bajda waqt protesta li saret hekk kif bħalissa għaddejja l-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali fl-Awstralja.
Il-bajda laqtet lil Morrison iżda ma nfaqgħetx. Fl-istess inċident, anzjana li kienet tinsab qrib il-Prim Ministru għelbet u waqgħet.
Filmati juru l-pulizija jżommu mara ta 25 sena ftit mumenti wara li seħħ l-inċident. Il-mara ġiet arrestata.
Fi tweet li għamel Morrison qal li l-aktar ħaġa li nkwetatu mill-inċident kien il-fatt li waqgħet mara anzjana. Morrison kompla jgħid “Għentha tqum u għannaqtha”
//= $special ?>

