Lokali Parlament

David Agius joffri l-id tal-ħbiberija lill-Gvern biex l-użu tal-ilma jkun aktar sostenibbli u irħas

Waqt il-programm NET LIVE fuq Net Television

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius offra l-id tal-ħbibierija lill-Gvern b’mod spjeċali lill-Ministru Joe Mizzi biex is-settur tal-ilma jkun aktar organiżżat, sostenibbli u rħas. Filwaqt li l-Gvern naqas milli jipprovdi d-dokumentazzjoni relatata ma’ dan il-qasam fil-Parlament.

Agius għamel ukoll appell lill-Gvern biex jagħti nformazzjoni dwar kif inhuwa organiżżat il-Gvern fuq l-ilma bil-ftuħ ta’ toroq ġodda, u l-importanza li f’residenza fejn jgħixu aktar minn żewġ persuni l-kontijiet ma jkunux daqstant iebsa. Anke staqsa kif is-sistema tal-ħlasijiet qed issir u li din għandha tinbidel biex tgħin lin-nies.

Meta kien qed jitkellem fuq l-estimi tal-Water Services Corporation filwaqt li faħħar ix-xogħol li qed jagħmlu l-ħaddiema tal-Korporazzjoni, d-Deputat David Agius qal li morna lura fuq is-sena l-oħra, għax dak inhar kellna ir-rapport finanzjarju u llum m’għandniex, anzi hemm dokumentazzjoni nieqsa.

Qal li l-affarijiet għandhom ikunu aħjar u b’mod serju. Qal li hija ħasra li ma nistgħux nagħmlu l-kritika fuq ir-rapport annwali tal-Korporazzjoni għax dan ma ġiex ippreżentat. Qal li għandu jkun Management aħjar tal-affarijiet f’settur ta’ mportanza kbira u li fiha m’għandhiex tidħol il-politika partiġġjana.

Id-Deputat Kap tal-PN qal li ma jiddeppendiex kollox mill-WSC, imma minn Ministeri oħrajn ukoll. Staqsa jekk hux qed jingħataw listi biex jinbidlu s-servizzi tal-ilma. Dawk tal-Qajjenza, Wied il-Għajn u B’Buġia, inbidlu s-servizzi? Tenna li hemm bżonn li tingħata l-informazzjoni. F’San Pawl il-Baħar, fejn ingħata t-tarmak għax ġejja l-elezzjoni u jidher li ma nbidlux is-sistemi.

Agius qal li dan mhux tort tal-ħaddiema, għax dawn jintbagħtu fejn jgħidilhom il-Management. Staqsa dwar in-nies li jridu jibdlu l-meter tad-dar, u staqsa kemm qed idumu biex jingħataw is-servizz?

Agius semma problema oħra, u mhux dik li jemmen fiha l-Prim Ministru, li tkun barrani li għandek taħdem fix-xemx, imma skont x’Laburist tkun. Huwa fatt magħruf li hemm Laburisti, li anke daħlu dan l-aħħar mal-WSC, li jmorru fejn iridu. Hemm Laburisti li mhux qed jiġu trattati bħal Laburisti oħrajn.

Tkellem dwar oħrajn li jieqfilhom il-meter. Staqsa kemm jieħu żmien sa kemm jieqaf il-meter sal-mument li jirranġawulu. U meta jieqaf il-meter, ta’ min ikun it-tort, kemm iħallas il-klijent, kif jiġi kkalkulat il-prezz għal dan il-meter li jkun waqaf. Hemm xi skema? Hemm bżonn li l-Ministru jilluminana fuq dan, Agius saħaq. Vera hemm sistema bil-kompjuter li wieħed tkun taf li hemm il-ħsara, u staqsa fuq id-differenza fil-ħlasijiet bejn 2013 u l-2018?

Importanti wkoll dwar kemm saru “presentations” fl-iskejjel tagħna dwar l-importanza ta’ kif nużaw l-ilma. Qal li huwa kien faħħar lill-ex President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, għal mod kif kienet taħdem fuq l-itrattar tal-ilma. Hemm bżonn li ngħallmu lit-tfal kif jużaw l-ilma u anke fuq l-importanza li wieħed ikollu bir.

L-edukazzjoni hija mportanti anke fejn jidħol il-qasam tal-ilma. L-użu tal-ilma u l-kwalita’ tal-ilma dwar kif qed isir l-immaniġġjar tiegħu. Jekk hux priorita’ tal-Gvern. Tenna li jixtieq ikun jaf x’qed jiġri, fejn reġa’ qal li kieku għandu r-rapport annwali, kieku kien ikun jaf aktar dwar x’qed isir.

Il-Viċi Kap Agius tkellem dwar it-trattament tad-drenaġġ, mhux biss għall-industrija, imma anke għal bdiewa. Tkellem ukoll dwar diffikultajiet fil-kontijiet, ul-importanza ta’ fejn għandu jkun hemm “call centre” jew “customer care” biex il-klijenti jkunu moqdijin. Kemm qed idumu n-nies biex jinqdew u kif qed jiġu ttrattati? Kellu jkollna upgrade, permezz ta’ app….dan qed jaħdem?, staqsa Agius.

Huwa staqsa wkoll dwar kif qed isir il-ħlas, fuq il-konsum. U qed jerġa’ jistaqsi, mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Diċembru? Minn Frar sa Frar? Mill-liema ġurnata sa liema ġurnata. Liema huma t-12-il xahar ta’ dan il-Gvern. Niddividu kollox bi 365, ikun meta jkun?

Jekk konsumatur isiefer u ma jaħli xejn, ikun tilef kollox? Meta ma użaħx kif qed jiġi ċċarġjat. Lill-ħaddiema nsejnihom, jew dan m’għadux Gvern tal-ħaddiema? Jew issa Soċjalist Ewropew? Li suppost ukoll jaħsbu fil-ħaddiema. Ma jistax ikun li dan il-Gvern għalih xejn mhu xejn. Jista’ jkun li l-Gvern għandu matematika fid-dawl, imma fl-ilma, kif le?

David Agius appella lin-nies biex jaraw il-kontijiet tagħhom u jekk qed iħallsu bil 5 flok bil-1.3 allura hemm xi ħaġa ħażina. “Irridu nagħmluha bħas-sistema tat-taxxa bil-bands. Naħdmuha fl-aħħar tas-sena u nagħmlu plus jew minus”, qal il-kelliem.

Qal li bħala poplu Malti meta jkollna Gvern li ma jżommx il-wegħda hemm xi ħaġa ħażina, anke l-Prim Ministru qal li se tinbidel is-sistema tal-kontijiet. Anke l-Ministru Joe Mizzi, is-soltu jmexxi fuq dawn l-affarijiet, allura għalfejn qed ikaxkar saqajh. Agius ħareġ l-id tal-ħbibierija biex dawn il-problemi jissolvew.

Agius faħħar lill-Gvern biex Chadwick Lakes beda ir-riabilitazzjoni tiegħu. Dik hija tajba ħalli naraw il-ħażna tal-ilma u għandu tkun esperjenza sabiħa fuq l-ambjent naturali tiegħu, grazzi wkoll għal għajununa mill-Unjoni Ewropea. “Irridu nieħdu ħsieb ukoll l-inħawi tar-reverse osmosis”, qal il-kelliem.

Dwar Lapsi u Ċirkewwa staqsa xi prekawzjonijiet qed nieħdu biex ma jkunx hemm problemi fil-baħar tal-madwar, li jkun nadif qabel ma jinqeleb għal fuq ir-reverse osmosis. Qal li xtaq ukoll ikun jaf kif fi tliet impjanti, qed tinlaqa’ l-isfida, fejn dawn għandhom jibqgħu tal-għola livell u l-għola kwalita’. X’manutenzjoni qed jingħataw? Irridu nimmonitejraw kemm intilef ilma fl-2017 u s-sena l-oħra.

Agius saħaq fuq punt ieħor. dwar x’inhija l-politika tal-Gvern dwar il-boreholes. Gvern li għadu ma ħax deċiżjonijiet dwar dan is-settur. Irridu jkollna attenzjoni enormi għalihom. Il-Gvern għandu jinfurmana dwar dan. Il-Ministru huwa obbligat li f’dan id-dibattitu jgħidlina fhiex wasal il-pjan ta’ sistema awtomatika fuq il-boreholes eżistenti, li trid tkun intelliġenti, biex inkunu nafu liema jingħalqu jew le.

Huwa tkellem ukoll dwar kif il-Gvern se jagħmel dak kollu possibbli li jara li l-“consumer market scoreboard” tal-Unjoni Ewropea turina li jkollna s-servizz tal-ilma li l-poplu jkun sodisfatt bih. Ikun importanti li dan il-Parlament jiffoka wkoll mal-mod kif is-snin li ġejjin tal-WSC u tal-Arms. Wasal iż-żmien li l-poplu jingħata spjegazzjoni.

Importanti li familji li qegħdin numru ta’ persuni fid-djar ikollhom kontijiet aktar diffiċli ta’ min qiegħed ħafna u aktar jingħataw ukoll bl-ewro u mhux bil-ħames ewro għax l-ilma huwa mportanti ħafna għal diversi raġunijiet.