Kunsilli Lokali Lokali

Ferneżija mill-Kunsilli Laburisti

F’diversi lokalitajiet bħalissa għaddejja ferneżija ta’ xogħolijiet ta’ malajr sabiex Kunsilli Laburisti jippruvaw ilestu xogħol li ilu snin pendenti.

Fil-fatt, diversi residenti qed jgħaddulna ritratti tat-taħwid kbir li qed iwettqu dawn il-Kunsilli Laburisti biex issa, fl-aħħar ftit jiem qabel l-elezzjoni, jippruvaw jagħtu l-impressjoni li qed jagħmlu xi ħaġa.

Fil-Ħamrun (ritratt fuq) tant għaddej xogħol bla ħsieb li ż-żebgħa tal-kaxxi qed issir bl-addoċċ. Tant li karozza partikolari sabet ruħha f’nofs kaxxa blu riservata għall-persuni b’diżabbilta’.

F’Birkirkara wkoll qed jispikka t-taħwid enormi tas-Sindku laburista, li lbieraħ qalgħet kjass sħiħ wara li ħolmot b’double yellow line wara l-Bażilika ta’ Santa Liena. Dan ix-xogħol tant sar ta’ kafkaf li f’naqas minn 24 siegħa, il-linji sofor kellhom jitneħħew bil-qatran.

Il-linji sofor li kellhom jerġgħu jitneħħew
Terġa tinqala’ Triq Santa Marija f’Ħal Għaxaq wara li kienet għada kemm ingħatat it-tarmac