Il-Gvern għamel minn kollox biex inaqqar is-saħħa tal-Kunsilli Lokali. U apparti li jnaqqas ir-responsabbiltajiet, qed jibqa’ għaddej minn fuq kulħadd bla konsultazzjoni.
Hekk stqarr il-Kunsillier tal-PN fil-Fgura Charles Bonello meta dalgħodu ħa sehem f’dibattitu fuq il-PBS.
Ħa sehem ukoll is-Sindku ta’ Tas-Sliema Anthony Chircop illi spjega kemm hu kruċjali li Kunsill jikkonsulta mar-residenti sabiex kulħadd jiġbed ħabel wieħed għal interess komuni.
Charles Bonello spjega kif il-PN ħareġ programm elettorali għal kull lokalita’ b’numru kbir ta’ proposti. Filwaqt li l-Partit Laburista lbieraħ preżenta biss karta.
Matul id-dibattitu spikkaw l-interruzzjonijiet kontinwi mis-Sindku tal-Floriana Davinia Sammut Hili u mill-President tal-Kunsillieri Laburisti Mario Fava.
//= $special ?>