Tnejn minn kull ħames Maltin li għandhom aktar minn 11-il sena qed isofru mis-solitudni.
Mir-riċerka maħruġa mill-fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta jingħad li wieħed minn kull għaxra, jiġifieri kważi 46,000 persuna ma jħossuhomx posittivi fuq ħajjithom.
Tkellimna mad-Dean tal-fakultà, il-Prof. Andrew Azzopardi li mexxa l-istudju flimkien mal-Prof. Marilyn Clark sostnew li din l-istatistika hija nkwetanti.
Mill-informazzjoni li ġiet miġbura mill-NSO nstab li 44% huma konxji li qed jgħixu fis-solitudni. Ma’ dan hemm persentaġġ ieħor ta’ persuni, li ma jafux, jew ma jridux jaċċettaw li qed jgħixu fis-solitudni.
Huwa qal li kkumparat ma’ Malta, għalkemm ċkejkna, huwa ta’ tħassib kbir li meta mqabbla ma’ pajjiżi akbar, għandna persentaġġ aktar għoli ta’ solitudni.
12% tal-popolazzjoni ma’ jappartjenux mas-soċjeta’ jew il-komunità li huma jkunu jagħmlu parti. Minn din l-istatistika huwa nkwetanti wkoll li 75 elf persuna f’Malta m’għandhomx lil min iċemplu u ma min jitkellmu meta jkollhom xi problema.
“70 elf persuna qalu li jħossuhom vojta minn ġewwa – ċifra li tfisser il-popolazzjoni ta’ Birkirkara tlett darbiet”
Andrew Azzopardi qal li ħareġ ukoll minn din l-istatistika li 70 elf persuna qalu li jħossuhom vojta minn ġewwa. Hawn ma setax ma jpoġġix l-istampa li dan ifisser li din iċ-ċifra tfisser il-popolazzjoni ta’ Birkirkara għal tlett darbiet. Din l-aktar li tinħass fil-bidu taż-żgħożija iżda wkoll tinħass ferm aktar fl-anżjanità.
84 elf persuna huma inkwetati fuq id-dħul ta’ qligħ tagħhom.
Ir-riċerka wkoll ħarset fil-pereċessjoni tan-nies li madwar 20%, iġifieri 84 elf, huma inkwetati fuq id-dħul ta’ qligħ tagħhom.
Huwa qal li din il-problema wkoll qed tkompli titfa’ piż, li fl-eventwalità taf twassal fis-solitudni, hawn semma’ li ħafna minħabba dan qed joħorġu jaħdmu, u jagħmlu sigħat twal ta’ overtime, dan qed inaqqas il-ħin tal-individwu minn mal-familja u minn dawk li huwa jħobb.
Prof. Azzopardi li punt pożittiv minn dan huwa li 24% huwa membri f’għaqdiet ta’ NGO’s jew dawk sportivi. Huwa qal li dan juri li hemm ċertu fundamenti tas-soċjetà li għadhom b’saħħithom. Infatti huwa ħeġġeġ biex dawn il-fundamenti jibqgħu jiġu mħarsa u jkun hemm investiment ukoll fis-servizz li huma jagħtu.
Huwa appella lil dawk li qed ifasslu l-politika biex jsibu mezz biex jitkellmu aktar dwar dawn il-problemi li qegħdin issa aktar minn qatt qabel fil-qalba tas-soċjetà Maltija.
//= $special ?>