Lokali

Konrad Mizzi: Jibqa’ jmeri s-sewwa magħruf

Iktar minn ġimgħa wara d-digriet tal-Qorti li qalet li hemm diversi fatti li jistgħu jindikaw li sar reat, il-Ministru Konrad Mizzi jibqa’ jinjora sejħiet persistenti, inkluż minn diversi ġurnali b’mod editorjali biex jissospendi lilu nnifsu sakemm l-inkjesta dwar il-Panama Papers tieħu l-kors tagħha.

Il-Ministru Mizzi…li qed jimbotta lilu nnfisu biex ikun il-Prim Ministru futur ta’ pajjizna…qed jibqa’ jinsisti li d-digriet tal-Maġistrat Doreen Clarke ma daħħlitux bħala parti minn ikjesta.

Mistoqsi dwar iż-żieda ta’ żewġ membri oħra fil-Bord tal-Air Malta, Konrad Mizzi qal li dawn kienu meħtieġa. Iż-żewġ diretturi ġodda huma in-Nutar Ian Castaldi Paris, Chairman ta’ Identity Malta u Ronald Mizzi, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ Konrad Mizzi. In-nefqa f’miżati tad-diretturi tal-Air Malta iktar milli irduppjat – minn €53,000 għal €113,000.

Konrad Mizzi qal li ż-żewġ diretturi addizzjonali iġibu titjib fil-governanza. Għalih, iż-żieda fin-nefqa hi ġustifikata.

Dan fid-dawl li ċ-Chairman stess tal-Air Malta, Charles Mangion, qal li l-Air Malta għadha ma ħarġitx mill-inkwiet finanzjarju.