Il-finanzi tal-pajjiż se jibqgħu jitnaqqru u dan jirriffletti n-nefqa pubblika li dejjem qed tikber.
Dan tgħid l-Kummissjoni Ewropea fl-Ispring Economic Forecast fit-tbassir tagħha għal pajjiżna għas-sena d-dieħla.
Dan ir-rapport jagħmel tbassir dwar il-qagħda ekonomika f’pajjiżna u fost l-oħrajn jindika żewġ xerjiet importanti u inkwetanti.
L-ewwel; li t-tkabbir fil-GDP sej jkompli jiċkien… f’xejra ta’ tnaqqis li ilha tippersisti sa mill-2017.
Dan meta r-rapport jindika tkabbir fil-GDP ta’ 5.5% filwaqt li jbasssar tnaqqis għal 4.8% għas-sena d-dieħla.
It-tieni hija ż-żieda fl-inflazzjoni, xejra li ilha żżid il-piż fuq il-konsumaturi Maltin għal dawn l-aħħar tlett snin u li tidher li se tkompli tkun riflessa -sena d-dieħla wkoll.
Intant minkejja li l-Gvern qed jgħid li m’hawnx qagħad… dan ir-rapport juri wkoll li sa mill2017, il-qagħad reġa beda tiela bil-mod il-mod…kul sena… b’żieda wkoll għas-sena d-dieħla.
Ir-rapport ikompli jgħid li ż-żieda fl-ekonomija ta’ Malta hi riżultat tal-infiq domestiku…. jiġifieri riżultat taż-żieda fil-konsum minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni.
Madankollu r-rapport qed ibassar tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku u żieda fl-inflazzjoni fiż-żmien li ġej.
Ir-rapport jgħid li t-tnaqqis fis-surplus se jseħħ minħabba ż-żieda fl-infieq pubbliku…. infieq li kull ma jmur qed jibqa’ jikber. Fil-fatt, l-aħħar ċifri tal-NSO diga’ jindikaw li l-pajjiż reġa’ daħal f’defiċit.
L-Ispring Forecast huwa indikazzjoni ċarissima li dan il-Gvern ma kellu ebda viżjoni ta’ investimenti fit-tul għal pajjiżna… u kien biss kapaċi jsostni l-ekonomija ta’ Malta billi jżid il-popolazzjoni u jbiegħ il-passaporti.
Intant ir-reazzjoni tal-Gvern għar-rapport kienet waħda selettiva għall-aħħar jgħid li se jkun hemm tkabbir imma ma jgħidx li dat-tkabbir ilu nieżel 3 snin.
Jitkellem ukoll dwar l-impjiegi imma ma jitkellimx dwar l-eluf ta’ barranin li ġab biex jaħdmu fix-xemx. Ingħad li hawn tkabbir imma ma jikkwotax il-parti fejn ir-rapport jitkellem dwar l-inflazzjoni.
Jgħid li għandna ekonomija b’saħħitha imma ma jgħidx dak li jindika ċar ir-rapport, jiġifieri li l-ekonomija qed iżomm biss bl-influss tal-barranin u bil-bejgħ tac-Cittadinanza.
//= $special ?>
