Lokali Parlament

L-ispeaker sodisfatt bid-dikjarazzjoni tal-assi li ppreżenta Adrian Delia

Il-Kap tal-PN jingħata raġun

Fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni nniffsu, Adrian Delia, id-dikjarazzjoni tal-assi li kienu preżentati minnu kienu korretti u l-ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, kien sodisfatt skont ir-regoli Parlamentari, li ngħatat l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Waqt il-ħin tal-aġġornament tat-Tnejn li għadda Adrian Delia talab lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, biex jagħmel l-investigazzjoni neċessarja u jivverifika l-fatt li hu kien wieġeb għal kull domanda li saritlu u pprovda l-informazzjoni mitluba fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu.

Adrian Delia minn rajh u min jeddu għamel din it-talba fejn huwa qal li kien qed jirreaġixxi għall-artiklu ippublikat f’ġurnal lokali fejn ingħad li hu naqas milli jiddikjara l-kontijiet bankarji tiegħu kemm kurrenti kif ukoll savings minkejja li għandu loan ta’ €670,000. xi ħaġa li Delia dejjem ipprova u ta l-informazzjoni kollha meħtieġ.

Kienet il-gazzetta The Times of Malta li kienet ipprovat iddaħħal xi dubji u l-Kap tal-PN Adrian Delia ikkontesta bil-qawwa kollha. Fid-dawl ta’ dan kollu, Delia għamel l-imsemmija talba, bl-Ispeaker jgħid li kien qed jilqa’ t-talba tiegħu u nfurmah li kien se jinvestiga mill-ewwel, liema nvestigazzjoni tat raġun għal darba oħra lil Adrian Delia.