Liverpool għandhom biċċa xogħol diffiċli biex javvanzaw għall-finali hekk kif iridu jdawru żvantaġġ ta’ tliet gowls kontra Barcelona, aktar u aktar mingħajr iż-żewġ plejers offensivi Mohamed Salah u Roberto Firmino. It-tim ta’ Klopp żgur li segwa r-rebħa ta’ Manchester City fil-Premier League u dan ir-riżultat jista’ jkollu effett fuq il-moral hekk kif minkejja staġun tajjeb, jistgħu jispiċċawh xorta mingħajr unur.
Huma jittamaw għal rimonta llum u rebħa kontra Wolves f’Anfield il-Ħadd li ġej u żelqa miċ-champions Ingliżi. It-tim ta’ Klopp żgur li segwa r-rebħa ta’ Manchester City fil-Premier League u dan ir-riżultat jista’ jkollu effett fuq il-moral hekk kif minkejja staġun tajjeb, jistgħu jispiċċawh xorta mingħajr unur. Huma jittamaw għal rimonta llum u rebħa kontra Wolves f’Anfield il-Ħadd li ġej u żelqa miċ-champions Ingliżi.
Realistikament għandhom bżonn rebħa b’erba’ gowls kontra l-Katalani biex ikollhom ċans li javvanzaw għall-finali għat-tieni staġun konsekuttiv, hekk kif gowl f’Anfield għal Barcelona jagħmel il-missjoni aktar diffiċli.
Il-manager Jurgen Klopp qal li Salah qed isofri minn concussion u għalkemm mhux se jilgħab illum jinsab kunfidenti li jkun disponibbli għal kontra Wolves. “Hu jinsab tajjeb imma mhux biżżejjed mill-perspettiva medika.” Fl-assenza ta’ Salah u Firmino, Divock Origi li skorja l-gowl rebbieħ is-Sibt li għadda kontra Newcastle, mistenni jibda mill-bidu. Il-midfielders Naby Keita u Adam Lallana se jitilfu l-aħħar żewġ logħbiet tal-istaġun. Apparti Rafinha li ilu mweġġa’, Barcelona se jkollhom nieqes biss lil Ousmane Dembele li mhux fl-iskwadra wara li weġġa’ s-Sibt li għadda kontra Celta Vigo.
Liverpool se jkunu qed jippruvaw isiru biss it-tielet tim fl-istorja li jirkupraw minn tliet gowls żvantaġġ fl-ewwel leg tas-semifinali. Għalkemm dan il-vantaġġ hu pożittiv għal Barcelona, huma jridu joqogħdu attenti li ma jgħaddux minn dak li ġralhom l-istaġun li għadda mal-aħħar tmienja meta rebħu 4-1 f’darhom kontra Roma u tilfu 3-0 fi Stadio Olimpico biex kienu eliminati. Iċ-champions Spanjoli huma l-unika tim li rebaħ aktar minn darba f’Anfield fiċ-Champions League, hekk kif huma rebħu fiż-żewġ logħbiet li lagħbu f’Liverpool.
Għalkemm Liverpool tilfu biss logħba f’Anfield mit-18-il semifinali li lagħbu, Barcelona rebħu diġà f’dan l-istaġun kontra Tottenham u Manchester United u jistgħu jsiru l-ewwel klabb li jirbaħ tliet logħbiet fl-Ingilterra f’kompetizzjoni Ewropea fi staġun wieħed. Barcelona jittamaw li l-istilla tagħhom Lionel Messi jkompla l-forma mill-aqwa kontra avversarji Ingliżi hekk kif fil-karriera tiegħu skorja 26 gowl.
//= $special ?>