Sport Sport Ieħor

Malta tikseb riżultati pożittivi fil-Kampjonat Ewropew tal-Powerlifting

Malta ħadet sehem fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-Powerlifting li saru fi Brandon, Suffolk fl-Ingilterra. It-tim Malti kien magħmul minn Rachel Ann Said, Tamsin Mallia, Luke Bonanno u Dylan Callus.

Fil-kategorija taħt il-145kg ħa sehem Dylan Callus li sar l-ewwel lifter Malti li rebaħ il-kampjonat overall li jiġbor fih kull kategorija ta’ kull età. Hu kiser tliet rekords tad-dinja, erba’ rekords tal-Ewropa u tmien rekords nazzjonali meta b’refgħa ta’ 290kg fl-isquat li hi l-akbar waħda li qatt saret minn parteċipant Malti. It-total ta’ 805kg hu wkoll l-akbar total li qatt sar minn powerlifter Malti wara wkoll 195kg fil-benchpress u 320kf fid-deadlift.

Rachel Ann Said ħadet sehem fil-kategorija taħt is-47.5kg u refgħet 85kg fl-isquat, 47.5kg fil-bench press u 105kg fid-deadlift li ammontaw għal total ta’ 237.5kg fejn rebħet il-kategorija tagħha.

Tamasin Mallia ħadet sehem fil-kategorija ta’ taħt il-58.5kg. Hi refgħet 95kg fl-isquat, 187.5kg fid-deadlift u 63kg fil-bench press. B’din ir-refgħa hi kisret rekord tal-Ewropa fil-Masters 1 u b’total ta’ 300kg ġiet fl-ewwel post f’kategorija kompetittiva.

Luke Bonanno pparteċipa fil-kategorija ta’ taħt il-75kg fit-teenage 2 u rnexxielu jtejjeb il-lifts tiegħu b’total ta’ 50kg. Hu rnexxielu jerfa’ 160kg fl-isquat, 107.5kg fil-bench press u 187.5kg fid-deadlift fejn kiseb l-ewwel post fil-kategorija u t-tielet post fil-kategorija Open.

F’dawn il-Kampjonati ħadu sehem 55 atleta mill-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Italja, Franza, ir-Rumanija u l-Moldova.