Inħelsu Wa Lone ta’ 33 sena u Kyaw Soe Oo ta’ 29 sena, iż-żewġ ġurnalisti ta’ Reuters li kienu arrestati fil-Myanmar wara li rrappurtaw dwar il-kriżi f’Rohingya.
Iż-żewġt irġiel qattgħhu iktar minn 500 jum f’ħabs f’Yangon.
F’Settemru li għadda huma kienu ġew arrestati u ngħataw sentenza ta’ 7 snin ħabs skont l-Att tas-Sigrieti Uffiċċjali.
Dan l-arrest tqies bħala attakk fuq il-libertà tal-istampa u qajjem dubji serji dwar id-demokrazija fil-Myanmar.
Hu u ħiereġ mill-ħabs, Wa Lone qal li qatt mhu se jieqaf mill-ġurnaliżmu u esprima l-ferħ tiegħu li se jkun qed jerġa jingħaqad mal-familja u l-kollegi tiegħu. Hu qal ukoll li kellu seba’ mitt sena biex jerġa jidħol fil-kamra tal-aħbarijijet.
L-irġiel huma t-tnejn missirijiet, u mart Wa Lone kienet skopriet li hi tqila ftit wara li ġie arrestat żewġha. Hu ra lil bintu biss ftit drabi waqt żjarat fil-ħabs.
//= $special ?>