Lokali

Serb bi ġrieħi gravi wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 40 sena mis-Serbja u residenti l-Imsida sofra ġrieħi gravi wara li biċċa għodda tal-ħadid waqgħet fuqu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.

Għall-ħabta tas-10.00am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm weġġa’ ħaddiem ġewwa Triq il-Kapuċċini, il-Furjana. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-ħaddiem kelu bżonn l-għajnuna medika.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.