Lokali

Skomdi quddiem il-Manifest kontroversjali Soċjalista

Id-Deputy Leader tal-Partit Socjalista, Chris Cardona, ma jiddejjaq xejn jiftaħar bil-manifest li ressqu għall-kampanja tal-Parlament Ewropew – manifest Soċjalista li jinkludi bidliet fit-taxxa, u proċeduri li jimbuttaw ‘il quddiem dak li huma jsejħu dritt tal-abort fil-pajjiżi membri.

Għal jum ieħor, l-esponenti tal-Lejber dehru skomdi quddiem id-domandi tagħna dwar din il-kwistjoni li Joseph Muscat qed jibqa’ jevita milli jindirizza.

Net News filfatt saqsa direttament lil Chris Cardona jekk humiex komdi jew le bil-manifest Socjalista, li fih fost l-oħrajn jinkludi l-armonizzazjoni tat-taxxa u mistoqsija kbira fuq il-ħajja umana. Għal bidu Cardona qal li ma fehemx il-mistoqsija tagħna, wara bit-tlaqliq qalilna li jaqblu ma’ dan il-manifest.

F’temp ta’ ftit mumenti jikkantradixxu lilhom infushom hekk kif l-ewwel elenkaw il-punti li ma jaqblux magħhom, iżda wara qalulna li appoġġjaw il-Manifest Soċjalista u mhux hekk biss, iżda qalu li għandhom l-aqwa proposti.

Id-dikjarazzjoni ta’ Chris Cardona tasal biss ġimgħa wara li Joseph Muscat deher jitgħannaq quddiem Kastilja ma’ Frans Timmermans; il-kandidat Soċjalista li jrid isir President tal-Kummissjoni Ewropea u li qed jimbotta l-quddiem din l-idea ta’ taxxa ugwali fl-istati membri tal-UE, b’detriment għan-negozji u l-ħaddiema f’Malta.