B’referenza għas-sentenza mogħtija ilbieraħ fil-kawża fl-ismijiet “Onor. A.I.C. Anthony Bezzina vs Onor. Prim Ministru Dr. Joseph Muscat”, il-Perit Toni Bezzina jiddikjara dan li ġej:-
- L-Appell in kwistjoni ġie deċiż fuq punt tekniku (u ċioè illi l-ewwel Qorti naqset li titlob ghar- recording tad-diskors tal-Prim Ministru) mingħajr għalekk ma’ l-Qorti daħlet jew qieset fid-dettall il-mertu tal-każ. Madankollu però l-Qorti, lil hinn minn din it-teknikalità, kkonkludiet li bħala fatt l-Onor. Prim Ministru ghamel allegazjoni inveritiera u ma ġab ebda prova in sostenn ta’ dak li qal, meta fil-fatt id-dokumenti uffiċjali juru illi dak li qal il-Prim Ministru ma huwiex assolutament minnu;
- Rigward dak li kien stqarr l-Onor. Prin Minitsru, il-Qorti ta’ l-Appell fost affarijiet oħra qalet hekk:-
“Madankollu, jibqa’ l-fatt li l-konvenut(il-Prim Ministru),irrispettivament mill-kariga li jokkupa, ma kelluxdrittjallegafatt li jolqot fin-negattivir-reputazzjoni ta’ ħaddieħor u li m’hemmxprovadwaru. Id-dikjarazzjonital-konvenut(il-Prim Ministru)li l-attur(il-Perit Bezzina)‘hedded ħaddiema biex jagħmlu dikjarazzjoni falza’, kienet statement of fact u mhux value judgment. Dikm’hijiexopinjoni. Dan apparti li fir-rapport ta’ l-investigazzjoni l-anqasbiss ma tissemma l-kelma ‘hedded’ jew ‘theddid’. Il-konvenut(il-Prim Ministru) ma xehedx u għalhekkm’huwiexmagħrufminnfejnġab it-tagħrif. Il-qorti tifhem li bħala Prim’ Ministru kellu aċċessgħar-rapport, u jekk le ma kien hemm xejn xi jżommu milli jkollu aċċess għalih. Irrispettivament x’kien is-sors tiegħu, jibqa’ l-fatt li għamel statement of fact li ma saritxil-provatiegħu.” “… jrid jissemma wkollkif fir-rapport inkiteb li l-fatt li l-ħaddiema kienu mbeżża, “Ma jfissirxb’dan li s-superjuri tagħhom kellhom xi intenzjoni li jbeżżawhom”. Kliem li jurikemm ma kienx hemm provi li l-attur(il-Perit Bezzina)kien ‘hedded’ lill-ħaddiema biex jiffirmaw id-dikjarazzjoni. Il-qorti ssemmi wkoll kif l-ebda wieħed mit-tlettimpjegati ma xehed li l-attur(il-Perit Bezzina)kienimminaċċahom.”
Dwar l-istess il-fatti ta’ dan il-kaz il-Qorti ta’ l-Appell diġà ddeċidiet libelli oħrajn f’kawżi tal-Perit Bezzina fejn f’każ iddeċidiet li kien hemm libell u f’żewġ każi oħra le;
Ta’ min hawn jerġa’ jissemma fatt ċar li ħareġ waqt dawn it-tlett każijiet u li sa llum għadu ħadd mi-naħa tal-Partit Laburista ma spjega. Fil-fatt kien biss waqt dawn il-kawżi li nkixef kif propju f’nofs Inkjesta Dipartimentali, ħaddiema spiċċaw meħudha f’cirkostanzi mhux ċari dritt fil-Kwartieri Ġenerali tal-Parit Laburista fejn saritilhom dikjarazzjoni li fiha għall-ewwel darba kienu qajmu allegazzjonijiet in kwistjoni;
It-tlett kawżi ta’ libel ippreżentati mill-Perit Bazzina, sew dik mirbuħa u kif ukoll l-oħrajn, la effettwaw u l-anqas bl-ebda mod ma biddlu l-fatt ċar li fil-konklużjoni tiegħu l-Bord ta’ Inkjesta sab li l-Perit Bezzina ma kiser ebda regolament tax-xogħol tiegħu u li kien aġixxa skond il-Liġi.
Ta’ min ukoll jinnota kif taħt Gvern Nazzjonalista kienet tittieħdet azzjoni mil-ewwel fuq kull allegazzjoni ikun min ikun involut, eżatt bħalma sar f’dan il-każ. X’differenza kbira mil-lum, taħt Gvern Laburista fejn tirrenja l-impunitaà; fejn ogħla ma tkun, inqas għandek iċ-ċans li tħallas għal għemilek u fejn l-istituzzjonijiet huma maħkuma b’tali mod li anke l-aktar fatti skandalużi jibqgħu l-anqas biss propjament investigati.
//= $special ?>