Għandu 83 sena u jaħdem xogħol ta’ tapezzeriji… b’ħafna paċenzja u preċiżjoni.
Paul Borg ilu jagħmel dan ix-xogħol delikat tal-idejn għal madwar 30 sena. Hu skopra din il-passjoni wara li kellu jagħmel operazzjoni tal-bypass
Paul iġib l-istampi tat-tapezzeriji li jkun irid jaħdem minn barra u mbagħad juża canvas vojt biex jaħdem l-istampa li jkollu.
Ix-xogħol tat-tapezzerija jgħin ħafna lil Paul. Huwa jbati minn kundizzjoni f’għajnejh li ma tħallihx jara sew…iżda ħaġa tal-iskantament…. meta jkun qed jaħdem it-tapezzeriji…. għajnejh ma jtellfuh xejn. Il-moviment tal-idejn jgħinuh ukoll fizikament… u fi kliemu stess… meta jkun qed jaħdem, jinsa kollox u ma jħoss xejn.
Fost it-tapezzeriji li ħadem Borg hemm xeni reliġjużi … bħall-Irxoxt, u l-Madonna… xeni ta’ veduti…. fjuri u ħafna oħrajn.
Eżibizzjoni tax-xoħgol ta’ Paul Borg bħalissa qed tittella fil-Ministeru tas-Solidarjetà Soċjali fil-Belt Valletta.
//= $special ?>
