F’Għawdex il-kwalita’ tal-ilma marret għall-agħar meta mqabbla ma snin ohra. Jekk is-sitwazzjoni tibqa tali u jibqa’ ma jkunux hemm azzjoni biex insalvaw din ir riżorsa se jkollna riperkussjonijiet kbar. L-ewwel li se tbati hija l-biedja.
Din tinqered għax tiddependi mill-ilma tal-pjan, għax ma għandiex għażla oħra. Konsegwenza ta’ dan l-għelieqi jisfaw abbandunati u tibda dieħla l-idea ta’ urbaniżżazzjoni totali tal-pajjiż. Dwar il-problema tad-drenaġġ f’Ras il-Ħobż f’Għawdex, ilha snin tippersisti fl-inħawi ta’ dan is-sit. Bughaddasa u għawwiema oħra ta’ sikwit jirraportaw li waqt li jkunu jogħdsu jiltaqgħu ma drenaġġ fil-baħar.
Ħafna drabi ohra jilmentaw minn żbroff ta’ drenaġġ fuq l-art li jibqa sejjer dritt lejn il-baħar. Din il-problema ilha tippersisti għall-aktar minn sentejn. U dan qed isir b’detriment għas-saħħa tal-pubbliku, għall-ħajja tal-ispeċi tal-baħar, għat-turiżmu u s-settur tad-diving. Dan ingħad mid-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi meta kien qed jitkellem dwar l-Estimi għas-Servizzi tal-Ilma.
Qal li kif fil-fatt, sfortunatament , diġa beda jiġri dan f’pajjiżna.Ma rridux ninsew ukoll l-aspett ekonomiku li ukoll hu konsegwenza ta deterjazzjoni tal-ilma tal-pjan.Anqas kemm l-Korporazzjoni tal-ilma ma tkun tista’ ttella ilma mill-pjan, iktar tkun tiddependi fuq l-impjanti tar-Riverse Osmosis.
Dan ikun ifisser illi l-impjanti jkollom iżidu il-produzzjoni bi spejjeż ikbar u allura l-produzzjoni tal-ilma tibda tiswa ħafna aktar flus. Il-Kelliem qal li l-Korporazzjoni li nħolqot bil-għan li jkun hemm użu aktar razzjonali u ekonomiku tal-ilma fil-gżejjer Maltin. Bl-iskop li tipprova iżżomm bilanċ bejn il-provediment u d-domanda u billi tgħin l-iżvilupp soċjali u ekonomiku minghajr ma tagħmel ħsara lill-ambjent.
Estimi li jinkludu ukoll id-drenaġġ, li għalkemm forsi aħna nħarsu lejh b’mod differenti, dan huwa aspett important wkoll. Kompla jgħid li t-tibdil fil-klima hu mistenni li se jikkawża aktar għargħar kif ukoll aktar-nixfiet li jkunu frekwenti fl-Ewropa. Għalhekk l Ewropa qed tadatta biex tkun tista’ tilqa għal dawn l-isfidi fl-immaniġġjar tal-ilma.
Il-passi li għandhom bżonn jieħdu il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fi Pjan ta’ Azzjoni. Pjan ta’ azzjoni għas-salvagwardja tar-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa sal-2020.
L-għan ewlieni ta dan il-pjan huwa li jigi zgurat li l-Ewropej igawdu provista suffiċjenti ta’ ilma ta’ kwalita tajba għall-ġejjieni. Azzopardi qal li pjan li jittratta ukoll dwar Ir-restawr tal-passaġġi tal-ilma għall-istat naturali tagħhom. Dan hu essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-ħut, l-għasafar u l-annimali jkollhom l-ikel u l-ambjent li jeħtieġu.
Għalhekk l-ambjent tal-baħar b’saħħtu huwa wkoll vitali. Dwar dan l-Unjoni Ewropea għandha direttiva dwar l-Istrateġija tal-Baħar. Id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi qal li din l-istrateġija għandha l-għan li twassal għal ilmijiet tal-baħar b’saħħithom sal-2020.
Azzopardi qal li jrid jissemma ukoll ż-żieda fin-numru ta’ turisti, żieda ta’ barranin li qed jiġu jaħdmu f’Malta, attivita’ ekonomika u temperaturi għoljin, li wasslu biex id-domanda tal-ilma f’dawn l-aħħar snin żdiedet konsideravolment.
Sitwazzjonijiet li qed iwassalu li fil-Gżejjer Maltin qed jużaw aktar mid-doppju tal-ilma tal-pjan li tipprovdi n-natura permezz tax-xita. Filwaqt li d-domanda tal-ilma f’pajjiżna hi ta’ 60 miljun metru kubu, il-provista tal-ilma mill-pjan hi anqas anqas min-nofs. Din hi l-anqas rata ta’ ilma disposibbli fl-Ewropa.
Id-differenza jkollha tiġi min impjanti ta’ disallinazzjoni li jipproduċu madwar 30 miljun metru kubu. Dan ifisser li f’Malta qed nużaw aktar mid-doppju tal-ilma tal-pjan li tipprovdi n-natura permezz tax-xita. Irrid jingħad li l-ilma tal-pjan fil-gżejjer Maltin hu f’kuntatt dirett mal-ilma tal-bahar fil-blat.
Azzopardi qal li jekk nibqu nippumpjaw l-ilma tal-pjan bil-goff, u bl-istess rata li qed isir bħalisssa, dan iwassal biex l-ilma tal-baħar jiehu post l-ilma ħelu. Meta jittella l-ima mill-pjan ikun hemm ammont ta’ taħlit ta’ ilma ħelu ma ilma baħar.
Dan jirriżulta li l-ilma li jittella jkun mielaħ. Aktar ma tkun għolja r-rata ta’ estrazzjoni tal-ilma aktar ikun hemm taħlit u ghalhekk aktar tkun għolja l-imluħa. L-ilma tal-pjan qed isir dejjem iktar mielaħ, tant li għal xi bdiewa dan l-anqas biss baqa’ tajjeb għall-użu fl-agrikultura.
Azzopardi qal li barra minn dan għandna problema ohra. Anqas kemm l-Korporazzjoni tal-Ilma ma tkun tista’ ttella ilma mill-pjan, iktar tkun tiddependi fuq l-impjanti tar-Riverse Osmosis. Dan ikun ifisser illi l-impjanti jkollhom iżidu il-produzzjoni bi spejjeż ikbar u allura l-produzzjoni tal-ilma tibda tiswa’ ħafna aktar flus.
Wasalna fi stat, li biex intaffu l-għargħar minn dan l-ilma mit-toroq, ħaffirna mini taħt l-art bi flus mill-Unjoni Ewropea ( madwar 70 miljun Ewro) biex l-ilma tax-xita ma jibqax jiġri fit-toroq imma jintrema l-bahar.
Issa, dan l-aħħar, il-Gvern nieda l-ewwel fażi tal-proġett RainWin. Proġett tajjeb u li ma tistax ma taqbilx miegħu. Proġett li jikkonsisti fi proposta għal Planning Framework, li se tinkludi pjanijiet ta’ azzjoni sabiex tiġi stabbilita infrastruttura għall-immaniġġjar tal-ilma tax-xita,….. f’ħames rainwater catchments f’Malta u Għawdex.
Azzopardi qal li tajjeb ħafna li jsir dan. Pero, fl-opinjoni tal-MP Nazzjonalista, kien ikun ferm aħjar li kieku dan il-proġett sar bi pjan aħjar u ġie integrat mal-proġett tal-immaniġjar tal-ilma tal-għargħar.
Qal li mhux bnejna mini biex narmu l-ilma tax-xita l-baħar. Kien jagħmel aktar sens kieku, minflok intefqu dawn is-70 miljun f’mini, dawn intefqu fi ġwiebi kbar f’kull bitha ta’ kull skola li ghandna u f’kull wesgħa fl-irħula biex jilqgħu u jaħżnu dan l-ilma.
Kien ikun aktar għaqli li nbnew digi u ġibjuni oħra b’Malta u Għawdex mill dawn il-flus intremew il-bahar? Azzopardi qal li hemm bżonn li nistinkaw biex din ir-reputazzjoni li għandna ma tisfaċċax fix-xejn. Tkellem dwar is-sit ghad-Diving li hemm ġewwa il-bajja tax-Xatt l-Aħmar f’Għawdex.
Iż-żona ta’ Ras il-Ħobż fix-Xatt l-Ahmar, hija waħda popolari hafna mal-bugħaddasa barranin. Infatti hija żona rreklamata bħala żona għall-għadds ghat-turisti. Barra minnhekk din il-bajja hija ffrekwentata minn ħafna nies għal-għawn. ……….Speċjalment ir-residenti ta’ Għajnsielem.
Anke hawn, meta l-Korporazzjoni qed tgħid li l-pipeline hu bblokkat, din tkun qed tikkonferma li ma jistax jkun li dan il-materjal hu drenaġġ ttrattat. Drenaġġ ittrattat ma jinblokkax il-pipeline.
Huwa tkellem ukoll dwar is-sistema tad-drenaġġ fejn qal li ma jistax ma jsemmix problema oħra li hemm fit-triq li minn Għajnsielem tieħu għan-Nadur. Fil-bidu tas-sena l-oħra din it-triq sfrondat b’tali mod li ma tistax tintuża u kellha tingħalaq.
Fit-13 ta’ April tas-sena l-ohra qal li kien ghamel mistoqsija Parlamentari dwar dan u issa għaddiet aktar minn sena u għadu ma sar xejn. Il-probabilita’ hi, li bil-mod kif sfrondat din it-triq, il-kanen tad-drenaġġ inqatgħu minn xulxin u drenaġġ qed jispiċċa kollu taħt l-art.
“Ma naħsibx li hemm bżonn issir xi konsultazzjoni biex tkun taf jekk is-sistema tad-drenaġġ hijiex qed tiffunzjona. Fuq l-immaniġġjar tal-ilma il-pajjiż għandu jkollu front komuni, temm jgħid id-Deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>