Lokali Parlament

Dibattitu mal-istudenti tal-Higher Secondary

Hemm bżonn li aħna bħala politiċi nisimgħu liż-żgħażagħ tagħna u li nitkellmu fuq is-suggetti li jolqtuhom b’mod dirett.

Kliem il-Viċi Kap tal-PN David Agius fil-Parlament meta illum tlaqqghet seduta bis-sehem ta’ diversi żgħażagħ li jattendu l-Higher Secondary.

Huwa qal li ż-żgħażagħ għandhom l-ideat tagħhom, u għalhekk permezz ta’ dawn l-ideat, iridu jaħdmu sabiex ibidlu lil Malta għall-aħjar. David Agius qal li hemm bżonn li nippjanaw għal pajjiżna fejn bil-pjan tagħna nħarsu l-ġid komuni u li jinħoloq bilanċ.

Min-naħa tiegħu l-Ispeaker Anglu Farrugia saħaq dwar l-Importanza tal-istudju fil-ħajja taż-żgħażagħ tagħna. Importanti li l-vot li għandhom iż-żgħażagħ iwassal għal għażliet importanti fis-soċjetà.

Iż-żgħażagħ preżenti tkellmu fuq diversi suġġetti fosthom il-legalizzazzjoni tal-kannabis kif ukoll l-installazzjoni ta’ CCTV cameras. Il-maġġoranza tagħhom saħqu li jaqblu li l-kannabis tiġi legalizzata għal skop rikreattiv. Filwaqt li qablu wkoll li għandhom jitneħħew is-CCTV cameras, dan sabiex titħares il-privatezza tan-nies.

Huma tkellmu wkoll dwar diversi aspetti oħra li jaffettwaw lil pajjiżna fosthom ir-riġenerazzjoni ta’ siti storiċi, il-mina bejn Malta u Għawdex, ir-reklamzzjoni tal-art kif ukoll l-iskart u t-tniġġis tal-arja.

Fl-istess sessjoni specjali tal-Parlament, id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar qalet li taqbel mal-użu tal-ħaxixa għal skop rikreattiv.