Futbol Sport

Eluf ta’ partitarji ta’ Celtic jagħtu l-aħħar tislima lil Chalmers

Eluf ta’ partitarji taċ-Champions Skoċċiżi Celtic, għat-tieni darba f’anqas minn ġimgħa reġgħu marru Parkhead biex jagħtu l-aħħar tislima emozzjonali lil hekk imsejjaħ “Iljun ta’ Lisbona” ieħor, din id-darba lil Stevie Chalmers.

Il-quddiesa tal-funeral tal-plejer li skorja l-aktar gowl importanti fl-istorja tal-club saret fil-knisja ta’ Santa Marija f’Calton, fejn it-tim ta’ Celtic ġie mwaqqaf waqt laqgħa fl-1887.

Chalmers, kien skotrja l-gowl tar-rebħa fil-finali ta’ kif kienet imsejjħa il-European Cup (illum Champions League) fl-1967 kontra Inter Milan, li kienet saret fil-Portugal, miet il-ġimgħa l-oħra fl-eta’ ta’ 83 sena, ġranet biss wara l-mewt tal-captain Billy McNeill, li l-funeral tiegħu sar fi Glasgow nhar il-Ġimgħa.

F’dawn l-aħħar snin it-tnejn kienu qegħdin ibatu mill-kundizzjoni tad-dementia. F’temp kiesaħ u bix-xita, fil-jum tal-Erbgħa wara nofs inhar, eluf ta’ partitarji infexxew f’ċapċip hekk kif il-funeral għadda minn mal-grounds ta’ Celtic Park, qabel ma ntemm b’mod privat fejn Chalmers ġie kremat.

Qabel il-quddiesa Jim Craig, li wkoll lagħab fil-famuża rebħa ta’ 2-1 fil-Portugal, tkellem dwar id-dieqa ta’ kulħadd li għandu x’jaqsam mat-tim tas-Celtic, hekk kif il-ħsibijiet waqgħu fuq il-mara ta’ Chalmers’, Sadie, u l-familja tagħha.

L-ex difensur qal, “Kienet ġimgħa diffiċli li nitilfu kollega ieħor, Stevie kien popolari ħafna ma kulħadd, partitarji u l-plejers, u bħalissa l-ħsibijiet tagħna huma kollha fuq Sadie u l-familja.

“Nipseraw li l-pubbliku inġenerali se jibqgħu jiftakruh sew, kif se jibqgħu jiftakruh b’dak il-gowl ġewwa Lisbona. L-ewwel u qabel kollox, kien raġel ta’ vera, tieħu pjaċir tkun fil-kumpanija tiegħu u dejjem konna nieħdu pjaċir bil-preżenza tiegħu u li huwa dejjem ħadem kemm felaħ għas-Celtic kemm bħala plejer kif ukoll fl-impieg tiegħu wkoll mat-tim”. 

Celtic Park tribute as ' Stevie Chalmers funeral cortege passes through