Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-Aġġornament id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-anzjani tagħna mhux sew li jitpoġġew f’ġemb u ħadd ma japrezza dak li jkunu għamlu f’ħajjithom. Il-kultura tat-“Throw away culture” hemm bżonn li nagħtuha l-ġemb.
L-Oppożizzjoni għalhekk tgħid “Soċjeta’ li jimpurtaha” għax hawn anzjani li jħossuha d-doppju, speċjalment jekk ikun ta kollox f’ħajjtu, li ħadd ma jagħti kashom. Irridu nuru rispett lejn l-anzjani tagħna u nċedulhom meta jkunu fuq tal-linja u mitt ħaġa oħra.
Bartolo qal li hemm bżonn il-valur tal-ħniena, tat-tjubija u tas-solidarjeta’, u dan ukoll l-aktar mal-anzjani. Tenna li Malta hija sinonima mal-Pellikan, li jqatta mil-laħmu u jagħtih lil uliedu.
Malta msemmija dwar kemm hija ħanina. Kulħadd jaf il-frażi, Malta ħanina u ħobża u sardina. L-anzjan ikun bil-bastun, bastun li għandu joħroġ minnu lewż misjur, frott u fjuri.
Tenna li f’soċjeta li jimpurtaha’ l-anzjani għandhom ikollhom kwalita’ ta’ ħajja aħjar u mhux toqol fil-ħajja. Huwa tkellem dwar każijiet fejn ulied ma jżurux lill-ġenituri tagħhom. U każ partikulari ta’ missier li qassam il-wirt tiegħu qabel ma miet, u wirt ta’ eluf ta’ ewro biex l-aħħar Milied spiċċa qattgħu waħdu…..
//= $special ?>