Wara li fl-aħħar jiem dan is-sit ippubblika ritratt ta’ persuna ġġorr ċilindru tal-gass, mimli, fuq tal-linja, komplew jaslu diversi rapporti simili.
Fost dawn, waslilna ritratt ieħor li ttieħed f’Marzu li għadda u juri persuna oħra fuq rotta tal-linja differenti u f’jum differenti, iżomm iċ-ċilindru tal-gass ħdejh.
Wara l-ewwel storja ta’ Net News, il-kumpanija Tallinja ħarġet stqarrija fejn għamlitha ċara li ċilindri tal-gass mhux permessi waqt vjaġġi tal-linja.


