Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jitkellem b’politika favur l-ambjent u l-infrtastrutura u jinsisti għal ambjent aktar nadif u infrastrutura sostenibbli, għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, li mhux biss m’għamilx dan, iżda għamel l-oppost.
Dan qaluh is-Sindku tas-Siġġiewi Alessia Psaila Zammit, kif ukoll mill-Kandidat Nazzjonalista fil-Mellieħa Ivan Castillo waqt dibattitu mtella’ mill-Awtorità tax-Xandir.
Huma sostnew li l-Partit Nazzjonalista dejjem żied il-finanzi u l-poteri tal-Kunsilli Lokali sa mit-twaqqif tagħhom, iżda llum dawn iż-żidiet qed ikunu marġinali u qed jiġu fix-xejn.
Alessia Psaila Zammit qalet li l-Partit Laburista ilu fil-Gvern u r-riżultati ambjentali qed jidhru li qed imorru lura. Hija qalet li sa anki Joseph Muscat qal li ma jimpurtahx mill-ambjent li se jsibu uliedna. Hija elenkat li aħna rridu nwarrbu d-differenzi u naħdmu flimkien għal ambjent aktar nadif. Dan il-PN se jibqa’ jostnieh u se jibqa’ jaħdem fuqu, għal ġid ta’ Malta tagħna.
Ivan Castillo qal li l-miri tal-Unjoni Ewropea fuq ir-riċiklaġġ Malta qiegħda ‘l bogħod biex tilħaqhom l-persentaġġ qiegħed agħar minn dak li kellha Malta fl-2012. Dan juri kemm il-Gvern għalkemm għamel skema ġdida, xorta waħda għadu bla pjan f’dan il-qasam.
Mhux hekk biss iżda wkoll bla pjan anki fit-tniġġis tal-arja li hawn f’pajjiżna, hawn hu għamel referenza għar-rapport li ħarġet fl-aħħar sigħat il-Eursostat fejn Malta klassifikat it-tieni l-agħar fl-Unjoni Ewropea.
Huwa qal li għandna Gvern li mhux qed jippjana fuq l-influss tal-barranin li qed jiġu f’pajjiżna, fejn dan qed iħallu impatt fuq kollox inkluż fuq l-infrastrutura u l-ambjent.
Ivan Castillo qal li l-PN ġab pakkett ta’ miljuni mill-Unjoni Ewropea u fakkar x’sar minn dawn il-fondi, u mhux biss mill-PN
Il-Kandidat Nazzjonalista fil-Mellieħa qal li ftit jiem ilu stess, il-Prim Ministru ammetta li l-Kunsilli qatt ma kienu s-superfavoriti tieghu u għalhekk, wieħed jistaqsi jekk hux bi ħsieb li l-Gvern qed iħalli l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali dejjem tonqos. B’hekk ikun jista’ jieħdilhom ix-xogħol minn idejhom u jiftaħar li għamel ix-xogħol hu.
Psaila Zammit qalet li numru ta’ toroq li saru mis-Siggiewi saru anki minn Fondi Ewropej li ġab il-Gvern Nazzjonalista. Dan iżda l-Gvern Laburista jiddejjaq isemmieh.
Is-Sindku tas-Siġġiewi qalet li l-Partit Nazzjonalista waqqaf il-Kunsilli Lokali, għall-kuntrarju ta’ dak qalu r-rappreżentanti tal-Partit Laburista, li saħqu li l-Partit Nazzjonalista hu kontra l-Kunsilli Lokali.
Tul id-dibattitu waqt li r-rappreżentati tal-Partit Laburista baqgħu jinterrompu lill-Kandidati tal-Partit Nazzjonalisti, huma nesew diversi fatti importanti.
//= $special ?>