Ekonomija Lokali

L-MDA imħassba minħabba “żviluppaturi diżonesti”

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) irċeviet numru ta’ lmenti minn xerrejja ta’ bini residenzjali li huma diżappuntati li xtraw dawn il-binjiet fuq il-pjanta u aktar tard sabu li dawn ma kisbux dak li kien mistenni.

Ħafna jagħżlu li jixtru unitajiet residenzjali fuq il-pjanta, qabel ma jiġu effettivament mibnija, peress li dawn huma naturalment irħas minn dawk diġà mibnija; iżda dan ukoll għandu r-riskju tiegħu.

Għal numru ta’ snin, l-MDA tkellmet mal-awtoritajiet dwar il-possibbiltà ta’ reġistru ta’ żviluppaturi approvati biex jiżguraw li l-iżviluppaturi diżonesti jkunu faċilment identifikati mill-pubbliku ġenerali.

Fin-nuqqas ta’ tali lista, l-MDA tagħti parir lix-xerrejja biex jieħdu kemm pariri legali u arkitettoniku professjonali jekk huma jkunu qed jikkunsidraw li jixtru unità fuq pjant. Dan sabiex jevitaw diżappunt fil-futur li jista’ jwassal għal azzjonijiet legali kkumplikati.



Tags