Lokali

Madwar 200 Girl Guide milqugħin fir-riservi naturali ta’ BirdLife Malta

Numru ta’ attivitajiet fin-natura b’kollaborazzjoni ma’ Sharklab-Malta jiċċelebraw is-sħubija bejn BirdLife Malta u l-Malta Girl Guides

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ilqajna madwar 200 Brownie ta’ bejn is-7 u l10 snin fir-riservi naturali tagħna fit-Tramuntana tal-gżira bħala parti minn ftehim ta’ sħubija bejn il-Malta Girl Guides, Sharklab-Malta u BirdLife Malta.

BirdLife Malta temmen b’qawwa kbira li l-ħidma biex tispira lit-tfal u żżgħażagħ biex iqattgħu aktar ħin fin-natura hija parti essenzjali millħarsien tal-ambjent ta’ madwarna, u hija missjoni ewlenija tagħha. Hu għalhekk li dħalna fi sħubija mal-Malta Girl Guides bl-iskop li niżviluppaw workshops, taħriġ u attivitajiet li jgħinu biex it-tfal jirrelataw aktar mannatura u jqattgħu aktar ħin fin-natura.

L-attività tas-Sibt li għadda, imsejħa “Brownie Discovery: Life beyond land”, kienet organizzata wkoll b’kollaborazzjoni ma’ Sharklab-Malta, u lBrownies minn madwar Malta u Għawdex kollha kienu ospitati fir-Riserva Naturali tal-Għadira u fil-Foresta 2000 biex jieħdu sehem f’numru ta’ attivitajiet ta’ divertiment fin-natura. Attivitajiet oħrajn saru fil-bajja tal-Għadira. Waqt li BirdLife Malta mexxiet tliet attivitajiet fir-riservi tagħha, Sharklab-Malta kienet inkarigata minn tliet attivitajiet differenti li saru flistess ħin fil-bajja.

L-attivitajiet ta’ BirdLife Malta kienu jinkludu Unnatural Trail biex ilparteċipanti jitgħallmu dwar il-ħsara li jagħmel l-iskart meta jitħalla finnatura, Meet a Tree biex jitgħallmu dwar is-siġar li nsibu f’Malta, u Bird Detectives li kienet tikkonsisti f’birdwatching u bird ringing. L-attivitajiet ta’ Sharklab-Malta, min-naħa l-oħra, kienu jinkludu Beach Plant Detectives fejn saret treasure hunt għall-pjanti biex it-tfal jitgħallmu dwar il-ħajja tal-pjanti, Shark Eggcase Study biex jitgħallmu dwar il-metodi differenti kif ibejjet il-kelb il-baħar u Things you Didn’t Know about Sharks fejn it-tfal jaraw partijiet differenti mill-ġisem tal-klieb il-baħar li nsibu fil-Baħar Mediterran.

Permezz ta’ din is-sħubija, BirdLife Malta fasslet riżorsi apposta għall-Girl Guides taħt il-programm tagħha għall-edukazzjoni informali mmirat għal gruppi fil-komunità u gruppi taż-żgħażagħ, u attivitajiet bħal dawn żviluppati minn BirdLife Malta u Sharklab-Malta jagħtu opportunità lillBrownies biex iqattgħu ħin ta’ divertiment fin-natura waqt li fl-istess ħin jitgħallmu dwar il-ħajja fis-selvaġġ.

F’kummenti dwar din l-inizjattiva, l-Education Manager ta’ BirdLife Malta Sarah Brady qalet: “Għalina, li t-tfal u ż-żgħażagħ jirrelataw man-natura huwa importanti ħafna u ninsabu kuntenti ferm li nospitaw lit-tfal firriservi tagħna biex jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir fl-istess ħin. Inħarsu ’l quddiem lejn aktar ħidma mal-Malta Girl Guides fil-futur qarib”.

Pam Mason, Education Officer ta’ Sharklab-Malta, qalet: “Għalkemm ħafna nies jgħixu fuq gżejjer, qatt ma ħasbu dwar il-ħajja fis-selvaġġ li hemm flibħra li jdawruhom, u dawn is-sessjonijiet mal-Brownies huma mfassla apposta biex jgħinuhom isiru aktar konxji dwar dan, waqt li fl-istess ħin jieħdu pjaċir.”

Gaby Meli, Programme Commissioner tal-Malta Girl Guides, ikkummentat: “Attivitajiet avventurużi fuq barra huma parti integrali mill-programm talMalta Girl Guides. Aħna nħossu li l-aħjar mod kif it-tfal jitgħallmu japprezzaw in-natura, kif ukoll il-bijodiversità u l-importanza tagħha għaddinja li ngħixu fiha – kemm jista’ jkun minn età bikrija – hu billi jingħataw lopportunità li jmissuhom b’idejhom stess! Nemmnu b’qawwa kbira f’learning-by-doing approach u hu għalhekk li sħubija bħal din tagħtina lopportunità li nipprovdu lill-membri tagħna esperjenzi sbieħ biex imbagħad jgħaddu l-iskoperti li jkunu għamlu lill-ħbieb u l-familja tagħhom. Minn dan, finalment, igawdu minnu mhux biss il-membri tagħna imma lkomunità kollha kemm hi. Aktar minn hekk, aħna nagħtu importanza kbira lill-attivitajiet fin-natura u nħeġġu attivitajiet bħal dawn għax nifhmu lvantaġġi li dawn iħallu fuq il-benesseri fiżiku u mentali ta’ dawn it-tfajliet.”