Lokali

Muscat jaqla’ ċamata minn uffiċjal tal-GWU

“Jekk il-Prim Ministru nnifsu skontu mhux qed jirnexxielu jġemma’ ċenteżmu, x’inhu ċ-ċans li l-ħaddiema jirnexxielhom iġemmgħu?”

Hekk staqsa, is-Segretarju tat-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi, Kendrick Bondin wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat qal lill-ġurnalisti li mhux jirnexxielu jġemmgħa ċenteżmu.

Bondin kompla jgħid li jekk dan li qal Joseph Muscat huwa minnu, jidher biċ-ċar li kemm il-paga minima kif ukoll il-pagi in ġenerali għandhom jiżdiedu.

Kendrick Bondin –
Segretarju tat-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi

Dan hekk kif meta mistoqsi mill-ġurnalisti kif jista’ jkun li ddikkjara fil-Parlament l-istess ammont ta’ flus imġemma għal dawn l-aħħar 5 snin, Muscat saħaq li mhux qed jirnexxielu jwarrab sold mill-paga tiegħu.

B’mod mill-aktar kurjuż, il-Prim Ministru ilu jiddikjara l-istess ammont waqt id-dikjarazzjoni tal-assi Parlamentari sa mill-2014.