Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li wara erba’ t’ijiem u għax ġie mistoqsi, l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ddispjaċih għal mod kif tkellem fuq il-barranin. Jekk dan huwa veru, messu issa jipprova dak li qal li jemmen dwaru. Dan għax s’issa m’għamel xejn fuq rapporti li deheru fejn ħafna barranin qed jispiċċaw jiġu mportati f’Malta bħala skjavi u jintużaw għall-prostituzzjoni.
Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġornament Vassallo qal li l-Prim Ministru dam erba t’ijiem biex jinduna li kien insensittiv waqt id-dibattitu mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Għar-raġunijiet tiegħu, spiċċa biex jargumenta, li l-barranin ma riedhomx aħjar mil-Maltin. Il-kelliem għaldaqstant appella lil Muscat biex “he walks the talk”.
Vassallo appella lill-Prim Ministru biex jagħti prova ta’ dak li qal. Jekk huwa vera, messu jieħu azzjoni. Qal li l-barranin ma jridhomx ikunu aħjar mill-Maltin. Lill-Maltin ma jridhomx jiġbru li skart. Frażi li tinstiga’ r-razziżmu, xi ħaġa li tista’ tfisser li f’dan il-pajjiż se tkun qed tinżera ċerta firda.
Vasssallo qal li rridu noqgħodu attenti għax hawn min għandu tali mentalita’. Ftit ilu inqatlet persuna ta’ karnaġġon skur. Dan kien missier ta’ tliet itfal li nqatel kiesaħ u biered. Il-President ta’ Malta Ġorġ Vella appena laħaq mill-ewwel esprima ruħu dwar razziżmu fejn qal li jispera li dan ma jkunx riżultat ta’ nies li ma jogħġbuhomx il-barranin. F’dan il-pajjiz jidher li għandna dawn it-tenntattivi.
Id-Deputat Nazzjonalista tkellem ukoll fuq l-iskjavitu tal-barranin li hemm minnhom li minħabba l-problema tal-kirjiet eċċessivi mhumiex qegħdin jgħixu b’mod diċenti. Kien hemm għaqdiet li talbu lill-Gvern biex jibda jindaga fuq dawn l-affarijiet, xi ħaġa li sa issa m’għamilx.
Huwa qal li għandna liġijiet li jagħtu aktar drittijiet lill-annimali milli lill-bnedmin. Tenna li m’għadniex nissemmew biss għall=korruzzjoni imma anke għall-esplojtazzjoni u dan meta l-Gvern jitkellem kontra l-firda. Anke l-istudenti tal-liġi qalu li hemm bżonn li titwaqqaf task force biex tiġġieled it-traffikar tal-umani.
Vassallo qal li dan kollu qede jiġri meta erba’ t’ijiem oħra nibdew niċċelebraw il-festi u mmorru fil-Knejjes u niftaħru kemm aħna kattoliċi. Anke l-Gvern Amerikan qal li qed jinġiebu barranin f’Malta għal skop ta’ prostituzzjoni u li hawn Malta jeżistu vittmi ta’ skjavitu.
Kien hemm rapporti simili anke fil-Malta Today, bil-Prim Ministru Muscat jgħid li kien inkwetat fuq dan. Dan ir-rapport kien seħħ fit-28 ta’ Ġunju tal-2017, u wieħed jistaqsi, x’għamel Muscat, bl-inkwiet kollu li kellu.
Qed neqirdu kullimkien, bi spazju kbir ta’ raba’ f’Ħaż-Żabbar fil-mira
Fil-bidu tad-diksors tiegħu Edwin Vassallo tkellem dwar ir-raba’ li qed jinqered kullimkien, huwa sostna li fil-lista hemm diversi għelieqi kif wieħed jidħol Ħaż-Żabbar, li jidher li se jittieħed.
Tenna li hija ħasra li l-pajjiż qed jiġi rrovinat b’dan il-mod fejn kollox spiċċa “supply on demand”, l-awqa l-ekonomija, hekk moħħu l-Gvern. Jekk se nibqgħu sejrin hekk mhux se tibqa’ biċċa raba’. Qal li l-unika spazju miftuħ li baqa’, f’Ħaż-Żabbar issa jidher li wkoll se jgħaddi minn martirju.
Il-kelliem qal li xi xhur ilu kien mar għal festa ta’ Ħaż-Żabbar fejn kien osserva din il-biċċa art kbira ta’ raba’ li l-ftuħ tagħha, fiha daqs nofs lokalita’. Tenna li huwa kontra li jinħarġu dawn il-permessi kollha bl-addoċċ mingħajr ma wieħed jagħmel valutazzjoni tal-ħsara li ssir.
Tenna li mhux ta’ b’xejn li n-numru ta’ bdiewa qed ikompli jinżel u ir-raba ta’ Ħaż-Żabbar qed iservi ta’ pulmun mhux biss għal lokalita’, imma għal lokalitajiet oħrajn. Mhux sew li nkompli għaddejjin bit-teroija ta’ ġurnata, b’ġurnata, u nimxu bla pjan, li l-Prim Ministru jaqbel ma’ dan il-modulu.
Dan kollu qed ifisser li il-valur uman se neqirduh jekk se nibqgħu nibnu, il-bniedem se jiġi ma jiswa xejn. Il-kommunitajiet tagħna se jitilfu l-identita’ tagħhom kif ġara bil-ġnienm f’Ħal-Għaxaq, u jidher li anke fil-Mosta, diġa hemm min tefa’ għajnejh fuq da ġnien li hemm. Dan se jkun ifisser li se neqirdu kull spazju u fejn ftit bini, dan se jikber bil-pajjiż ikompli jbati.
I
–>
<