Qormi Daikin kisbu t-12-il kampjonat fl-istorja tagħhom meta għelbu lil Sliema Hotsticks 3-2 fid-decider għar-rebħ tal-kampjonat. Il-bilanċ li jeżisti bejn it-tnejn deher ukoll f’din il-logħba, hekk kif qamu għall-okkażjoni biex.
Wara bidu bilanċjat u żewġ okkażjonijiet mitlufa għal Sliema, il-Qriema marru fil-vantaġġ fit-13-il minuta b’gowl ta’ Steve Portelli minn azzjoni ta’ korner qasir. Ir-reazzjoni tas-Slimiżi waslet tmien minuti wara b’Silas Plaehn iġib id-draw ukoll minn korner qasir.
It-tieni taqsima kompliet fejn ħalliet l-ewwel waħda, bil-gowlkiper ta’ Qormi jkun protagonist meta salva tajjeb f’żewġ okkażjonijiet. Għoxrin minuta mit-tieni taqsima Steve Portelli reġa’ poġġa lil Qormi fil-vantaġġ għoxrin minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima. Madankollu Sliema ġabu d-draw fl-azzjoni sussegwenti bil-captain Shaun Grima jiskorja minn penalty stroke.
Il-logħba ma kinitx għadha spiċċat hekk kif tliet minuti wara reġa’ kien l-eks Portelli li għaqqad it-tripletta b’gowl minn korner qasir. Wara l-logħba, il-President tal-Hockey Malta Association Gordon Mifsud ippremja lil Qormi bit-trofew tal-kampjonat.
Il-Ħadd li ġej tibda n-knock-out bil-logħba preliminari bejn Floriana Young Stars u Sliema Hotsticks. Ir-rebbieħ ta’ din il-logħba jilgħab kontra White Hart fis-semifinali, bil-logħba l-oħra tkun bejn Qormi Daikin u Rabat. Is-semifinali jintlagħbu l-Ħadd 19 ta’ Mejju.
Fi tmiem il-ġimgħa se jkun hawn tim ta’ veterani mill-Greċja. Dawn se jilagħbu kontra HAM Ladies il-Ġimgħa li ġej fis-7.30pm, ma’ Malta Masters is-Sibt fil-5.00pm u kontra Qormi Daikin il-Ħadd fil-11.00pm.
//= $special ?>