Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċidnet tat-traffiku. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq il-Prinċipessa Margerita, l-Imsida.

Minn stħarriġ preliminari, irriżulta li seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kawasaki Ninja 250R misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti Ħal Kirkop u vettura tat-tip Landrover Freelander misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti Tas-Sliema.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Tags