Sewwieq ta’ mutur jindarab f’Tas-Sliema waqt li kien fuq xogħolu

Sewwieq ta’ mutur ta’ 40 sena kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura hekk kif kien qiegħed għaddej b’xogħolu.

Il-każ seħħ fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema għall-ħabta tat-8.30 tal-Erbgħa filgħaxija hekk kif il-mutur misjuq mill-vittma li jaħdem bħala delivery man għal xi raġuni mhux magħrufa ntlaqat minn vettura.

Fuq il-post ġew msejħa żewġ karozzi tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura.

S’issa l-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.