Sewwieq ta’ mutur ta’ 57 sena sofra minn ġrieħi gravi wara li kellu impatt ma’ karozza. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart fi Triq Mannarino, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li għal xi raġuni, raġel residenti l-Iklin, kellu impatt bil-mutur tal-għamla Yamaha, ma` Daewoo Racer misjuqa minn raġel ta’ 82 sena residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lir-raġel ta’ 57 sena u aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

