Kunsilli Lokali Lokali

Sfreġju sħiħ mill-Kunsill Laburista f’Birkirkara

Nuqqas ta’ konsultazzjoni waslet għal sfreġju sħiħ fl-aħħar jiem f’Birkirara, hekk kif Kunsill immexxi mill-maġġoranza Laburista neħħa 30 post ta’ parkeġġ fi Triq Tumas Fenech f’Birkirara, biex imbagħad f’anqas minn 24 siegħa kellu jerga’ jgħatti l-linji s-sofor bil-qatran. 

Fiz-zona madwar il-Bażilika ta’ Santa Elena kompliet tinholoq aktar konfużjoni hekk kif l-Erbgħa filgħodu kien hemm taħwid sħiħ anki meta rama l-monti ta’ Birkirkara…. fejn anki kien hemm bżonn ukoll li jintervjenu l-Pulizija.

Dan kompla jikkonferma kemm ma kienx hemm linji  gwida ċari, kemm mill-Gvern u kif ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, fejn naqsu milli jitkellmu ma’ dawk kollha konċernati.

Dan wassal għal numru ta’ riperkussjonijiet, u li kieku ma kienux il-Kunsillieri Nazzjonalisti li tkellmu u qabżu għar-residenti u l-bejjiegħa kieku s-sitwazzjoni baqgħet aktar u aktar fi stat prekarju.

Ir-residenti u l-bejjiegħa tal-monti qed jappellaw biex fi kwistjonijiet bħal dawn jirrenja s-sens komun, u r-resident Karkariż jkun mħares. Xi ħaġa li l-PN f’Birkirkara qatt ma naqas milli jagħmel.